+Artikolu 26a Standards tal-aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà
---+Artikolu 26a 1.
---+Artikolu 26a 2.
---+Artikolu 26a 3.

Artikolu 26a Standards tal-aċċertament għar-rapportar dwar is-sostenibbiltà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26a 1.
L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-awdituri statutorji u d-dittital-verifika jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’konformità mal-istandards tal-aċċertament adottati mill-Kummissjoni f’konformità mal-paragrafu 3.
Artikolu 26a 2.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw standards, proċeduri jew rekwiżiti nazzjonali tal-aċċertament dment li l-Kummissjoni ma tkunx adottat standard tal-aċċertament li jkopri l-istess suġġett.

L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw l-istandards, il-proċeduri jew ir-rekwiżiti tal-aċċertament nazzjonali lill-Kummissjoni tal-anqas tliet xhur qabel id-dħul fis-seħħ tagħhom.

Artikolu 26a 3.
Il-Kummissjoni għandha, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Lulju 2027, tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 48a sabiex tissupplimenta din id-Direttiva, sabiex tipprovdi għall-istandards ta’ aċċertament limitat li jistabbilixxu l-proċeduri li l-awditur(i) u d-ditta/i tal-awditjar għandhom iwettqu sabiex jaslu għall-konklużjonijiet tagħhom fuq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, inklużi l-ippjanar tal-impenji, il-kunsiderazzjoni tar-riskji u r-rispons għar-riskji u t-tip ta’ konklużjonijiet li għandhom jiġu inklużi fir-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, jew, fejn rilevanti, fir-rapport tal-awditjar.

Il-Kummissjoni għandha tadotta l-istandards ta’ aċċertament limitati msemmija fl-ewwel subparagrafu, u tiżgura li l-istandards:

(a) 

ikunu ġew żviluppati bi proċess ġust xieraq, b’sorveljanza pubblika u bi trasparenza;

(b) 

jagħtu livell għoli ta’ kredibbiltà u ta’ kwalità lir-rapportar annwali jew konsolidat dwar is-sostenibbiltà; u

(c) 

jikkontribwixxu għall-ġid pubbliku tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.