|
+Artikolu 27 3. |
Artikolu 27 3.Fejn l-awditur tal-grupp ikun soġġett għal rieżami ta' assigurazzjoni tal-kwalità jew investigazzjoni fir-rigward tal-awditu statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati ta' grupp ta' impriżi, l-awditur tal-grupp, meta jintalab jagħmel dan, iqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti id-dokumentazzjoni rilevanti li huwa jżomm fir-rigward tal-ħidma tal-awditjar imwettqa rispettivament mill-awdituri ta' pajjiż terz, awdituri statutorji, entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz jew ditti tal-awditjar rispettivi għall-fini tal-awditjar tal-grupp, inklużi kwalunkwe dokumenti ta' ħidma rilevanti għall-awditjar tal-grupp. L-awtorità kompetenti tista' titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar il-ħidma tal-awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għall-fini tal-awditjar tal-grupp għall-awtoritajiet kompetenti rilevanti skont l-Artikolu 36. Fejn impriża prinċipali jew impriża sussidjarja ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur jew awdituri jew entità jew entitajiet tal-awditjar minn pajjiż terz, l-awtorità kompetenti tista' titlob dokumentazzjoni addizzjonali dwar awditjar imwettqa minn kwalunkwe awditur jew awdituri ta' pajjiż terz jew entità jew entitajiet tal-awditjar ta' pajjiż terz mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti minn pajjiżi terzi permezz tal-arranġamenti ta' ħidma msemmija fl-Artikolu 47. B'deroga mit-tielet subparagrafu, fejn impriża prinċipali jew impriża sussidjarja ta' grupp ta' impriżi jiġi awditjat minn awditur jew awdituri jew entità jew entitajiet tal-awditjar minn pajjiż terz li ma jkollux arranġament ta' ħidma kif imsemmi fl-Artikolu 47, l-awditur tal-grupp, meta jintalab dan, ikun responsabbli wkoll mill-iżgurar ta' konsenja adegwata tad-dokumentazzjoni addizzjonali tal-ħidma tal-awditjar imwettqa minn awdituri ta' pajjiż terz jew entitajiet tal-awditjar, inklużi d-dokumenti ta' ħidma relevanti għall-awditjar tal-grupp. Sabiex tiġi żgurata tali konsenja, l-awditur tal-grupp għandu jżomm kopja ta' tali dokumentazzjoni, jew jiftiehem mal-awdituri ta' pajjiż terz jew mal-entitajiet tal-awditjar sabiex huwa jkun jista' jkollu aċċess mhux ristrett għal tali dokumentazzjoni kull meta jitlob li jagħmel dan, jew jieħu kwalunkwe azzjoni adatta oħra. Fejn id-dokumenti ta' ħidma tal-awditjar ma jistgħux jgħaddu minn pajjiż terz għall-awditur tal-grupp minħabba raġunijiet legali jew raġunijiet oħra, id-dokumentazzjoni miżmuma mill-awditur tal-grupp għandha tinkludi provi li huwa ħa l-proċeduri adatti sabiex ikollu aċċess għad-dokumentazzjoni tal-awditjar, u fil-każ ta' impediment li mhumiex legali li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni tal-pajjiż terz konċernat, provi li jsostnu l-eżistenza ta' tali impediment. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|