+Artikolu 28 Rappurtar tal-awditjar
---+Artikolu 28 1.
---+Artikolu 28 2.
---+Artikolu 28 3.
---+Artikolu 28 4.
---+Artikolu 28 5.

Artikolu 28 Rappurtar tal-awditjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 28 1.
L-awditur(i) statutorju(i) jew id-ditta/i tal-awditjar għandha tippreżenta r-riżultati tal-awditu statutorju f'rapport tal-awditjar. Ir-rapport għandu jitħejja f'konformità mar-rekwiżiti tal-istandards tal-awditjar adottati mill-Unjoni jew l-Istat Membru konċernat, kif imsemmi fl-Artikolu 26.
Artikolu 28 2.

Ir-rapport tal-awditjar għandu jsir bil-miktub u għandu:

(a) 

jidentifika l-entità li d-dikjarazzjonijiet annwali jew konsolidati tagħha huma soġġetti għall-awditu statutorju; jispeċifika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew konsolidati u d-data u l-perijodu li huma jkopru; u jidentifika l-qafas ta' rappurtar finanzjarju li ġie applikat fit-tħejjija tagħhom;

(b) 

jinkludi deskrizzjoni tal-ambitu tal-awditu statutorju li għandu, bħala minimu, jidentifika l-istandards tal-awditjar li f'konformità magħhom twettqet l-awditu statutorju;

(c) 

jinkludi opinjoni tal-awditjar, li għandha tkun mhux kwalifikata, jew kwalifikata jew opinjoni negattiva u li għandha tindika b'mod ċar l-opinjoni tal-awditur(i) statutorju/i jew tal-ditta/i tal-awditjar dwar:

(i) 

jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jagħtux stampa veritiera u ġusta f'konformità mal-qafas rilevanti għar-rapportar finanzjarju, u,

(ii) 

fejn ikun il-każ, jekk id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jkunux konformi mar-rekwiżiti statutorji.

Jekk l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar ma jkunux kapaċi jesprimu opinjoni tal-awditjar, ir-rapport għandu jkollu ċaħda tal-opinjoni;

(d) 

jirreferi għal kwalunkwe kwistjoni oħra li fuqha l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar xeħtu xi dawl permezz ta' enfasi mingħajr ma kkwalifikaw l-opinjoni tal-awditjar;

▼M4

(e) 

jinkludi opinjoni u dikjarazzjoni, li t-tnejn li huma għandhom ikunu bbażati fuq il-ħidma mwettqa matul l-awditjar, skont il-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE;

▼M3

(f) 

jipprovdi dikjarazzjoni dwar kwalunkwe inċertezza materjali marbuta ma' avvenimenti jew kondizzjonijiet li jistgħu jitfgħu dubju sinifikanti dwar il-kapaċità tal-entità li tkompli bħala negozju avvjat;

(g) 

jidentifika il-post fejn ikunu stabbiliti l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu rekwiżiti addizzjonali marbuta mal-kontenut tar-rapport tal-awditu.

Artikolu 28 3.
Fejn l-awditu statutorju tkun twettqet minn aktar minn awditur statutorju wieħed jew aktar minn ditta tal-awditjar waħda, l-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjar għandhom jaqblu dwar ir-riżultati tal-awditu statutorju u jippreżentaw rapport u opinjoni konġunti. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandhom jippreżentaw l-opinjonijiet tagħhom fil-paragrafu separat tar-rapport tal-awditjar u jagħtu r-raġuni tan-nuqqas ta' qbil.
Artikolu 28 4.
Ir-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju. Fejn ditta tal-awditjar twettaq l-awditu statutorju, ir-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat minn tal-inqas l-awdituri statutorji li wettqu l-awditu statutorju f'isem id-ditta tal-awditjar. Fejn ikunu tqabbdu aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda r-rapport tal-awditjar għandu jiġi ffirmat mill-awdituri statutorji kollha jew għall-inqas mill-awdituri statutorji li jwettqu l-awditu statutorju f'isem kull ditta tal-awditjar. F'ċirkostanzi eċċezzjonali l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ma jkunx hemm l-obbligu li tali firma/firem tkun/ikunu żvelata/i lill-pubbliku jekk tali żvelar jista' jwassal għal theddida imminenti u sinifikattiva għas-sigurtà personali ta' kwalunkwe persuna.

Fi kwalunkwe każ, l-ismijiet tal-persuni involuti għandhom ikunu mgħarrfa lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 28 5.
Ir-rapport tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati għandu jikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4. Fir-rapportar dwar il-konsistenza tar-rapport dwar il-ġestjoni u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kif meħtieġ mill-punt (e) tal-paragrafu 2, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tikkunsidra d-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapport dwar il-ġestjoni konsolidat. Fejn id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali tal-impriża prinċipali jkunu mehmuża mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati, ir-rapporti tal-awdituri statutorji jew tad-ditti tal-awditjar meħtieġa minn dan l-Artikolu jistgħu jiġu kkombinati.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.