+Artikolu 28a Rapport ta’ aċċertament dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat
---+Artikolu 28a 1.
---+Artikolu 28a 2.
---+Artikolu 28a 3.
---+Artikolu 28a 4.
---+Artikolu 28a 5.
---+Artikolu 28a 6.
|
Artikolu 28a Rapport ta’ aċċertament dwar is-sostenibbiltà kkonsolidat
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 28a 1.
|
L-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jippreżentaw ir-riżultati tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Dak ir-rapport għandu jitħejja f’konformità mar-rekwiżiti tal-istandards ta’ aċċertament adottati mill-Kummissjoni permezz tal-atti delegati adottati skont l-Artikolu 26a(3), jew, sa ma l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards ta’ aċċertament, f’konformità mal-istandards nazzjonali ta’ aċċertament, kif imsemmi fl-Artikolu 26a(2).
|
|
Artikolu 28a 2.
|
Ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jkun bil-miktub u għandu:
(a)
jidentifika l-entità li r-rapportar annwali jew kkonsolidat tagħha dwar is-sostenibbiltà jkun is-suġġett tal-inkarigu ta’ aċċertament; jispeċifika r-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali jew ikkonsolidat u d-data u l-perjodu li jkopri; u jidentifika l-qafas ta’ rapportar dwar is-sostenibbiltà li jkun ġie applikat fit-tħejjija tiegħu;
(b)
jinkludi deskrizzjoni tal-ambitu tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà li, bħala minimu, għandu jidentifika l-istandards tal-aċċertament li f’konformità magħhom tkun twettqet l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà;
(c)
jinkludi l-opinjoni msemmija fil-punt (aa) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2013/34/UE.
|
|
Artikolu 28a 3.
|
Meta l-aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà titwettaq minn aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda, l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar għandhom jaqblu dwar ir-riżultati tal-aċċertament tar-rapportar dwar is- sostenibbiltà u jippreżentaw rapport u opinjoni konġunti. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, kull awditur statutorju jew ditta tal-awditjar għandha tippreżenta l-opinjonijiet tagħha f’paragrafu separat tar-rapport tal-aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà u tagħti r-raġuni tan-nuqqas ta’ qbil.
|
|
Artikolu 28a 4.
|
Ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jiġi ffirmat u datat mill-awditur statutorju li jkun qed iwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà. Meta ditta tal-awditjar twettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jkollu l-firma ta’ mill-inqas l-awditur(i) statutorju/i li jwettaq/jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’isem id-ditta tal-awditjar. Fejn aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda tkun ġiet ingaġġata simultanjament, ir-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà għandu jiġi ffirmat mill-awdituri statutorji kollha jew mill-inqas mill-awdituri statutorji li jwettqu l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà f’isem kull ditta tal-awditjar. F’ċirkustanzi eċċezzjonali, l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li ma jkunx hemm l-obbligu li tali firma/firem tkun/ikunu żvelata/i lill-pubbliku jekk tali divulgazzjoni tista’ twassal għal theddida imminenti u sinifikattiva għas-sigurtà personali ta’ kwalunkwe persuna. Fi kwalunkwe każ, l-isem/(ijiet) tal-persuna/i involuti għandhom ikunu mgħarrfa lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
|
|
Artikolu 28a 5.
|
L-Istati Membri jistgħu jitolbu li, fejn l-istess awditur statutorju jwettaq l-awditjar statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà, ir-rapport ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà jiġi inkluż bħala taqsima separata fir-rapport tal-awditjar.
|
|
Artikolu 28a 6.
|
Ir-rapport tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar dwar ir-rapportar konsolidat dwar is-sostenibbiltà għandu jkun konformi mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 1 sa 5.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|