|
+Artikolu 30a 1. |
Artikolu 30a 1.L-Istati Membri għandhom jipprevedu awtoritajiet kompetenti li jkollhom is-setgħa li jieħdu u/jew jimponu għall-inqas il-miżuri u s-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva u, fejn applikabbli, tar-Regolament (UE) Nru 537/2014:
(a)
notifika li teħtieġ lill-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-ksur li tieqaf mill-imġiba u li tastjeni milli tirrepeti dik l-imġiba;
(b)
dikjarazzjoni pubblika li tindika li l-persuna responsabbli u n-natura tal-ksur, ippubblikata fuq is-sit elettroniku tal-awtoritajiet kompetenti;
(c)
projbizzjoni temporanja ta' mhux aktar minn durata ta' tliet snin, li tillimita lill-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew is-sħab ewlieni tal-awditjar milli jwettqu awditi statutorji u/jew jiffirmaw rapporti tal-awditjar;
(ca)
projbizzjoni temporanja, sa tliet snin, li tipprojbixxi lill-awditur statutorju, lill-ditta tal-awditjar jew lis-sieħeb ewlieni tas-sostenibbiltà milli jwettaq l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u/jew milli jiffirma rapporti ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà.
(d)
dikjarazzjoni li r-rapport tal-awditi ma jilħaqx ir-rekwiżiti tal-Artikolu 28 ta' din id-Direttiva jew, fejn applikabbli, l-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014;
(da)
dikjarazzjoni li r-rapport ta’ aċċertament dwar ir-rapportar dwar is-sostenibbiltà ma jissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 28a ta’ din id-Direttiva;
(e)
projbizzjoni temporanja ta' mhux aktar minn durata ta' tliet snin, li tillimita lill-awditur statutorju, id-ditta tal-awditjar jew is-sħab ewlieni tal-awditjar milli jeżerċitaw funzjonijiet f'kumpanniji ta' awditi jew entitajiet ta' interess pubbliku;
(f)
l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi pekunarji fuq persuni fiżiċi u ġuridiċi. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|