+Artikolu 37 'Ħatra ta' awdituri statutorji jew kumpanniji►C1tal-awditjar◄
---+Artikolu 37 1.
---+Artikolu 37 2.
---+Artikolu 37 3.

Artikolu 37 'Ħatra ta' awdituri statutorji jew kumpanniji►C1tal-awditjar◄

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 37 1.
L-awditur statutorju jew il-kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ għandhom jinħatru mil-laqgħa ġenerali ta' l-azzjonisti jew tal-membri ta' l-entità suġġetta ►C1  għall-awditjar ◄ .

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-ħatra tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

Artikolu 37 2.
L-Istati Membri jistgħu jippermettu sistemi jew modalitajiet alternattivi għall-ħatra ta' awditur statutorju jew ta' kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ dejjem jekk dawn is-sistemi jew modalitajiet ikunu mfassla sabiex jiżguraw l-indipendenza ta' l-awditur statutorju jew tal-kumpannija ►C1  tal-awditjar ◄ mill-membri eżekuttivi tal-korp amministrattiv jew ta' ġestjoni tal-kumpannija suġġetta ►C1  għall-awditjar ◄ .

L-ewwel subparagrafu għandu japplika għall-ħatra tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar għal finijiet ta’ aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà.

Artikolu 37 3.
Kwalunkwe klawżola kuntrattwali li tirrestrinġi l-għażla mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew tal-membri tal-entità awditjata skont il-paragrafu 1 għal ċerti kategoriji jew listi ta’ awdituri statutorji jew ditti tal-awditjar fir-rigward tal-ħatra ta’ awditur statutorju jew ditti tal-awditjar partikolari biex iwettqu l-awditjar statutorju u, fejn applikabbli, l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà ta’ dik l-entità għandha tkun ipprojbita. Kwalunkwe tali klawżola eżistenti għandha tkun nulla u bla effett.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti jew membri ta’ impriżi kbar soġġetti għall-Artikoli 19a u 29a tad-Direttiva 2013/34/UE, minbarra l-impriżi msemmija fil-punt (1)(a) tal-Artikolu 2 ta’ dik id-Direttiva, u li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tad-drittijiet tal-vot jew 5 % tal-kapital tal-impriża, individwalment jew kollettivament, għandhom id-dritt li jressqu abbozz ta’ riżoluzzjoni li għandu jiġi adottat fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri li teħtieġ li parti terza akkreditata li ma tappartjenix lill-istess ditta jew network tal-awditjar bħall-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li twettaq l-awditjar statutorju jipprepara rapport dwar ċerti elementi tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u li tali rapport ikun disponibbli għal-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti jew membri.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.03.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0043
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.