|
+Artikolu 39 6. |
Artikolu 39 6.Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-membri tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji, jew ta' membri oħra li huma maħtura mil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-entità awditjata, il-kumitat tal-awditjar għandha, inter-alia:
(a)
jinforma lill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-entità awditjata bl-eżitu tal-awditjar statutorju u, fejn applikabbli, bl-eżitu tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u jispjega kif l-awditjar statutorju u l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà kkontribwew għall-integrità tar-rapportar finanzjarju u dwar is-sostenibbiltà rispettivament, u x’kien ir-rwol tal-kumitat tal-awditjar f’dak il-proċess;
(b)
jimmonitorja l-proċess ta’ rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, dwar is-sostenibbiltà, inkluż il-proċess ta’ rapportar elettroniku kif msemmi fl-Artikolu 29d tad-Direttiva 2013/34/UE u l-proċess imwettaq mill-impriża sabiex tidentifika l-informazzjoni rrapportata skont l-istandards tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà adottati skont l-Artikolu 29b ta’ dik id-Direttiva, u jissottometti rakkomandazzjonijiet jew proposti sabiex jiżgura l-integrità tagħhom;
(c)
jimmonitorja l-effettività tas-sistemi interni tal-kontroll tal-kwalità u tal-immaniġġjar tar-riskji tal-impriża u, fejn applikabbli, l-awditjar intern tagħha, fir-rigward tar-rapportar finanzjarju u, fejn applikabbli, dwar is-sostenibbiltà tal-impriża, inkluż il-proċess ta’ rappurtar elettroniku tagħha kif imsemmi fl-Artikolu 29d tad-Direttiva 2013/34/UE, mingħajr ma tinkiser l-indipendenza tiegħu;
(d)
jimmonitorja l-awditjar statutorju tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali u kkonsolidati u, fejn applikabbli, tal-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà annwali u kkonsolidat, b’mod partikolari, il-prestazzjoni tiegħu, filwaqt li jieħu kont ta’ kwalunkwe riżultat u konklużjoni mill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 26(6) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014;
(e)
jeżamina u jimmonitorja l-indipendenza tal-awdituri statutorji jew id-ditti tal-awditjara f’konformità mal-Artikoli 22, 22a, 22b, 24a, 24b u 25b, 25c u 25d ta’ din id-Direttiva, u mal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014, u b’mod partikolari kemm ikun adatt l-għoti ta’ servizzi mhux ta’ awditjar lill-entità awditjata f’konformità mal-Artikolu 5 ta’ dak ir-Regolament;
(f)
ikun responsabbli għall-proċedura dwar l-għażla tal-awditur(i) statutorju/i jew tal-ditta/i tal-awditjar u jirrakkomanda li l-awditur(i) statutorju/i jew id-ditta/i tal-awditjar li tinħatar/jinħatru f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 537/2014 minbarra meta tkun applikata d-dispożizzjoni tal-Artikolu 16(8) tar-Regolament (UE) Nru 537/2014. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|