+Artikolu 4 Miżati tal-awditjar
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
---+Artikolu 4 4.

Artikolu 4 Miżati tal-awditjar

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 4 1.
It-tariffi għall-forniment ta' awditi statutorji lil entitajiet ta' interess pubbliku ma għandhomx ikunu tariffi kontinġenti.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25 tad-Direttiva 2006/43/KE, għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, tariffi kontinġenti tfisser tariffi għal inkarigi tal-awditjar ikkalkulati fuq bażi predeterminata relatata mal-eżitu jew ir-riżultat ta' tranżazzjoni jew ir-riżultat tax-xogħol imwettaq. It-tariffi ma jitqiesux bħala kontinġenti jekk dawn ikunu ġew stabbiliti minn qorti jew awtorità kompetenti.

Artikolu 4 2.
Meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jipprovdu lill-entità awditjata, l-impriża ewlenija jew l-impriżi kkontrollati, għal perijodu ta' tlieta jew aktar snin finanzjarji konsekuttivi, servizzi mhux tal-awditjar li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 5(1) ta' dan ir-Regolament, it-tariffi totali għal tali servizzi għandhom ikunu limitati għal mhux aktar minn 70 % tal-medja tat-tariffi mħallsa fl-aħħar tliet snin finanzjarji konsekuttivi għall-awditu statutorju tal-entità awditjata u, fejn applikabbli, tal-impriża ewlenija tagħha, l-impriżi kkontrollati tagħha u tad-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati ta' dak il-grupp ta' impriżi.

Għall-finijiet tal-limiti speċifikati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għandha tiġi eskluża l-aċċertament tar-rapportar dwar is-sostenibbiltà u servizzi mhux tal-awditjar, għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 5(1), meħtieġa mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li awtorità kompetenti tista', fuq talba mill-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar, fuq bażi eċċezzjonali, tippermetti li l-awditur jew id-ditta tal-awditjar statutorji jiġu eżentati mir-rekwiżiti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward ta' entità tal-awditjar għal perijodu ta' mhux aktar minn sentejn finanzjarji.

Artikolu 4 3.
Meta t-tariffi totali riċevuti minn entità ta' interess pubbliku f'kull wieħed minn dawn l-aħħar tliet snin finanzjarji konsekuttivi jkunu jirrappreżentaw aktar minn 15 % tat-tariffi totali riċevuti mill-awditur statutorju jew mid-ditta tal-awditjar jew, fejn ikun il-każ, mill-awditur tal-grupp li jwettaq awditu statutorju f'kull waħda minn dawk is-snin finanzjarji, tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jew, fejn ikun il-każ, awditur tal-grupp, għandhom jiżvelaw dak il-fatt lill-kumitat tal-awditjar u jiddiskutu mal-kumitat tal-awditjar t-theddid għall-indipendenza tagħhom u s-salvagwardji applikati biex dak it-theddid jiġi mmitigat. Il-kumitat tal-awditjar għandu jikkunsidra jekk l-inkarigu tal-awditjar għandux ikun soġġett għal analiżi tal-kontroll tal-kwalità tal-inkarigu minn awditur statutorju ieħor jew ditta tal-awditjar oħra qabel ma jinħareġ ir-rapport tal-awditjar.

Meta t-tariffi riċevuti minn tali entità ta' interess pubbliku jibqgħu jeċċedu 15 % tat-tariffi totali irċevuti minn tali awditur statutorju jew ditta tal-awditjar jew, fejn ikun il-każ, minn awditur tal-grupp li jwettqu awditu statutorju, il-kumitat tal-awditjar għandu jiddeċiedi abbażi ta' kriterji oġġettivi kemm jekk l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jew grupp ta' awdituri, ta' tali entità jew grupp ta' entitajiet tistax tibqa' twettaq l-awditu statutorju għal perijodu addizzjonali li, f'kull każ, ma għandux ikun ta' aktar minn sentejn.

Artikolu 4 4.
L-Istati Membri jistgħu japplikaw rekwiżiti aktar stretti minn dawk previsti f'dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.