+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 5.

Meta membru ta' netwerk li minnu jagħmlu parti l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar li twettaq awditu statutorju ta' entità ta' interess pubbliku jipprovdi kwalunkwe servizz mhux tal-awditjar, imsemmi fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu, lil intrapriża inkorporata f'pajjiż terz ikkontrollata mill-entità ta' interess pubbliku awditjata, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar kkonċernata għandha tivvaluta jekk l-indipendenza tagħha tkunx kompromessa minn tali forniment ta' servizzi mill-membru tan-netwerk.

Jekk l-indipendenza tagħha tkun affettwata, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tapplika salvagwardji, fejn applikabbli, sabiex timmitiga t-theddid ikkawżat minn tali forniment ta' servizzi f'pajjiż terz. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tista' tkompli twettaq l-awditu statutorju tal-entità ta' interess pubbliku biss jekk din tista' tiġġustifika, f'konformità mal-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament u l-Artikolu 22b tad-Direttiva 2006/43/KE, li tali forniment ta' servizzi ma jaffettwax il-ġudizzju professjonali tagħha u r-rapport tal-awditjar.

Għall-finijiet ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-involviment fit-teħid ta' deċiżjonijiet tal-entità awditjata u l-forniment tas-servizzi li għalihom issir referenza fil-paragrafu 1(b), (c) u (e) tat-tieni subparagrafu għandhom jitqiesu li jaffettwaw tali indipendenza fil-każijiet kollha u ma tkunx tista' ssir mitigazzjoni bi kwalunkwe salvagwardja.

(b) 

Għandu jiġi preżunt li l-forniment tas-servizzi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 li mhumiex (b), (c) u (e) jaffettwa tali indipendenza u għalhekk li jirrikjedi salvagwardji biex jiġi mmitigat it-theddid ikkawżat b'riżultat ta' dan.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.