+Artikolu 13a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
---+Artikolu 13a 1.
---+Artikolu 13a 2.
---+Artikolu 13a 3.
---+Artikolu 13a 4.
|
Artikolu 13a Aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13a 1.
|
Mill-10 ta’ Jannar 2030, meta jippubblikaw kwalunkwe informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-Regolament, l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandhom jissottomettu dik l-informazzjoni fl-istess ħin lill-korp ta’ ġbir rilevanti msemmi fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għall-fini li ssir aċċessibbli għal fuq il-punt ta’ aċċess uniku Ewropew (ESAP) stabbilit skont ir-Regolament (UE) 2023/2859 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
4
). Dik l-informazzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
(a)
tiġi sottomessa f’format li minnu tista’ tiġi estratta d-data, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (3), tar-Regolament (UE) 2023/2859 jew, meta jkun meħtieġ mid-dritt tal-Unjoni, f’format li jinqara mill-magni, kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (4) ta’ dak ir-Regolament;
(b)
tkun akkumpanjata mill-metadata li ġejja:
(i)
l-ismijiet kollha tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar li magħhom hija relatata l-informazzjoni;
(ii)
għall-persuni ġuridiċi, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tad-ditta tal-awditjar, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (b), tar-Regolament (UE) 2023/2859;
(iii)
għall-persuni ġuridiċi, id-daqs tad-ditta tal-awditjar skont il-kategorija, kif speċifikat skont l-Artikolu 7(4), il-punt (d), ta’ dak ir-Regolament;
(iv)
it-tip ta’ informazzjoni, kif klassifikata skont l-Artikolu 7(4), il-punt (c), ta’ dak ir-Regolament;
(v)
indikazzjoni dwar jekk l-informazzjoni tkunx fiha data personali.
|
|
Artikolu 13a 2.
|
Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (b)(ii), id-ditti tal-awditjar li huma persuni ġuridiċi għandhom jiksbu identifikatur ta’ entità ġuridika.
|
|
Artikolu 13a 3.
|
Sad-9 ta’ Jannar 2030, għall-fini li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ssir aċċessibbli fuq l-ESAP, l-Istati Membri għandhom jaħtru mill-inqas korp ta’ ġbir wieħed kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (2), tar-Regolament (UE) 2023/2859 u jinnotifikaw lill-ESMA dwar dan.
|
|
Artikolu 13a 4.
|
Għall-finijiet li jiġu żgurati l-ġbir u l-ġestjoni effiċjenti tal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-paragrafu 1, il-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni, wara l-konsultazzjoni tas-CEAOB, biex tispeċifika:
(a)
kwalunkwe metadata oħra li għandha takkumpanja l-informazzjoni;
(b)
l-istruttura tad-data fl-informazzjoni;
(c)
għal liema informazzjoni huwa meħtieġ format li jinqara mill-magni u, f’tali każijiet, liema format li jinqara mill-magni għandu jintuża.
Għall-finijiet tal-punt (c), il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-vantaġġi u l-iżvantaġġi ta’ formati differenti li jinqraw mill-magni u twettaq testijiet xierqa fuq il-post.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|