+Artikolu 17 Durata tal-inkarigu tal-awditjar
---+Artikolu 17 1.
---+Artikolu 17 2.
---+Artikolu 17 3.
---+Artikolu 17 4.
---+Artikolu 17 5.
---+Artikolu 17 6.
---+Artikolu 17 7.
---+Artikolu 17 8.
|
Artikolu 17 Durata tal-inkarigu tal-awditjar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1.
|
Entità ta' interess pubbliku għandha taħtar awditur statutorju jew ditta tal-awditjar tal-inqas għal inkarigu inizjali ta' mill-anqas sena. L-inkarigu jista' jiġġedded. La l-inkarigu inizjali ta' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar partikolari, u lanqas dan flimkien ma' kwalunkwe inkarigu mġedded miegħu ma għandu jaqbeż id-durata massima ta' għaxar snin.
|
|
Artikolu 17 2.
|
B'deroga mill-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu
(a)
jitolbu li l-inkarigu inizjali msemmi fil-paragrafu 1 ikun għal perijodu ta' aktar minn sena;
(b)
jistabbilixxu durata massima ta' inqas minn għaxar snin għall-inkarigi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 17 3.
|
Wara l-iskadenza tad-durati massimi tal-inkarigi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 jew fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jew wara l-iskadenza tad-durata tal-inkarigi estiża f'konformità mal-paragrafi 4 jew 6, la l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar u lanqas, fejn applikabbli, kwalunkwe membru tan-netwerks tagħhom fl-Unjoni ma għandu jidħol għall-awditu statutorju tal-istess entità ta' interess pubbliku fil-perijodu ta' erba' snin ta' wara.
|
|
Artikolu 17 4.
|
Permezz ta' deroga mill-paragrafu 1 u l-punt (b) tal-paragrafu (2), l-Istati Membri jistgħu jipprevedu li d-durati massimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 jistgħu jiġu estiżi sad-durata massima ta':
(a)
għoxrin sena fejn proċess ta' sejħa pubblika għall-offerti għall-awditjar statutorju jitwettaq f'konformità mal-paragrafi 2 sa 5 tal-Artikolu 16 u jsir effettiv mal-iskadenza tad-durati massimi msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2; jew
(b)
erbgħa u għoxrin sena, fejn, wara l-iskadenza tad-durati massimi msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2, aktar minn awditur statutorju wieħed jew ditta tal-awditjar waħda jkunu inkarigati b'mod simultanju bil-kondizzjoni li l-awditu statutorju jirriżulta fil-preżentazzjoni tar-rapport tal-awditjar konġunt, kif jingħad fl-Artikolu 28 tad-Direttiva 2006/43/KE.
|
|
Artikolu 17 5.
|
Il-perijodi ta' durata massima msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-punt (b) tal-paragrafu 2 għandhom jiġu estiżi biss jekk, fuq rakkomandazzjoni tal-kumitat tal-awditjar, il-korp amministrattiv jew superviżorju, jipproponi lil-laqgħa ġenerali tal-ażżjonisti jew tal-membri, f'konformità mal-liġi nazzjonali, li l-inkarigu jiġġedded u dik il-proposta tiġi approvata.
|
|
Artikolu 17 6.
|
Wara li tiskadi d-durata massima tal-inkarigu msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1, fil-punt (b) tal-paragrafu 2, jew fil-paragrafu 4 skont il-każ, l-entità ta' interess pubbliku tista', fuq bażi eċċezzjonali, titlob li l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 20(1) tagħti estensjoni biex jerġa' jinħatar l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għal inkarigu ieħor fejn jiġu milħuqa l-kondizzjonijiet fil-punti (a) jew (b) tal-paragrafu 4. Tali inkarigu addizzjonali m'għandux ikun aktar minn sentejn.
|
|
Artikolu 17 7.
|
Is-sħab ewlenin tal-awditjar responsabbli għat-twettiq ta' awditu statutorju għandhom itemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-awditu statutorju tal-entità awditjata mhux aktar tard minn seba' snin mid-data tal-ħatra tagħhom. Ma għandhomx jerġgħu jipparteċipaw fl-awditu statutorju tal-entità awditjata qabel ma jkunu għaddew tliet snin minn dak il-waqfien. B'deroga, l-Istati Membri jistgħu jitolbu li s-sieħeb/sħab ewlieni/ewlenin tal-awditjar responsabbli għat-twettiq ta' awditu statutorju għandhom itemmu l-parteċipazzjoni tagħhom fl-awditu statutorju tad-ditta tal-awditjar qabel seba' snin mid-data tal-ħatra rispettiva tagħhom. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tistabbilixxi mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali adatt fir-rigward tal-persunal l-aktar anzjan involut fl-awditu statutorju, inklużi tal-inqas il-persuni li huma rreġistrati bħala awdituri statutorji. Il-mekkaniżmu ta' rotazzjoni gradwali għandu jiġi applikat f'fażijiet fuq il-bażi ta' individwi aktar milli fuq il-bażi tat-tim sħiħ tal-inkarigu. Dan għandu jkun proporzjonat fl-iskala u l-kumplessità tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar għandha tkun tista' turi lill-awtorità kompetenti li mekkaniżmu bħal dan huwa effettivament applikat u adattat għall-iskala u l-kumplessità tal-attività tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar.
|
|
Artikolu 17 8.
|
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-durata tal-inkarigu tal-awditjar għandha tiġi kkalkulata mill-ewwel sena finanzjarja koperta fl-ittra tal-inkarigu tal-awditjar li fiha l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar tkun inħatret għall-ewwel darba biex tagħmel awditi statutorji konsekuttivi għall-istess entità ta' interess pubbliku. Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, id-ditta tal-awditjar għandha tinkludi ditti oħra li d-ditta tal-awditjar tkun akkwistat jew li jkunu ngħaqdu magħha. Jekk ikun hemm inċertezza dwar id-data meta l-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar bdiet tagħmel awditi statutorji konsekuttivi għall-entità ta' interess pubbliku, pereżempju minħabba fużjoni tad-ditta, akkwisti, jew bidliet fl-istruttura tas-sjieda, l-awditur statutorju għandu jirrapporta minnufih tali inċertezzi lill-awtorità kompetenti, li għandha fl-aħħar mill-aħħar tiddetermina d-data rilevanti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|