+Artikolu 26 Garanzija tal-kwalità
---+Artikolu 26 1.
---+Artikolu 26 2.
---+Artikolu 26 3.
---+Artikolu 26 4.
---+Artikolu 26 5.
---+Artikolu 26 6.
---+Artikolu 26 7.
---+Artikolu 26 8.
---+Artikolu 26 9.

Artikolu 26 Garanzija tal-kwalità

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 26 1.

Għall-finijiet ta' dan Artikolu:

(a) 

“ispezzjonijiet” tfisser eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar, li jsiru minn spettur u li ma jikkostitwixxux investigazzjoni fis-sens tal-Artikolu 32(5) tad-Direttiva 2006/43/KE;

(b) 

“spettur” tfisser eżaminatur li jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu u huwa impjegat jew ikkuntrattat mod ieħor minn awtorità kompetenti;

(c) 

“espert” tfisser persuna fiżika, li jkollha kompetenza speċifika fis-swieq finanzjarji, fir-rappurtar finanzjarju, fl-awditjar jew f'oqsma oħra rilevanti għall-ispezzjonijiet, inklużi awdituri statutorji li jipprattikaw.

Artikolu 26 2.
L-awtoritajiet kompetenti maħturin skont l-Artikolu 20(1) għandhom jistabbilixxu sistema effettiva ta' garanzija tal-kwalità tal-awditjar.

L-awtorità kompetenti għandha twettaq eżamijiet ta' garanzija tal-kwalità ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jagħmlu awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku abbażi ta' analiżi tar-riskju u

(a) 

fil-każ ta' awdituri statutorji u ditti tal-awditjar li jagħmlu awditi statutorji ta' entitajiet ta' interess pubbliku għajr dawk definiti fil-punti (17) u (18) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2006/43/KE tal-inqas kull tliet snin; u,

(b) 

f'każijiet oħrajn barra dawk imsemmijin fil-punt (a) tal-inqas kull sitt snin.

Artikolu 26 3.

L-awtorità kompetenti għandu jkollha r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a) 

approvazzjoni u emendar tal-metodoloġiji ta' ispezzjoni, inklużi manwali ta' ispezzjoni u ta' segwitu, metodoloġiji ta' rappurtar u programmi ta' ispezzjoni perjodika;

(b) 

approvazzjoni u emendar ta' rapporti ta' ispezzjonijiet u ta' rapporti ta' segwitu;

(c) 

approvazzjoni u assenjar ta' spetturi għal kull ispezzjoni.

L-awtorità kompetenti għandha talloka riżorsi adegwati għas-sistemi ta' garanzija tal-kwalità.

Artikolu 26 4.
L-awtorità kompetenti għandha torganizza s-sistema ta' garanzija tal-kwalità b'tali mod li tkun indipendenti mill-awdituri statutorji u mid-ditti tal-awditjar eżaminati.

L-awtorità kompetenti għandha tiżgura li jiġu implimentati politiki u proċeduri xierqa relatati mal-indipendenza u l-oġġettività tal-persunal, inklużi tal-ispetturi, u mal-ġestjoni tas-sistema ta' garanzija tal-kwalità.

Artikolu 26 5.

L-awtorità kompetenti għandha tikkonforma mal-kriterji li ġejjin meta taħtar spetturi:

(a) 

l-ispetturi għandu jkollhom l-edukazzjoni professjonali u l-esperjenza relevanti adatti fl-awditu statutorju u r-rappurtar finanzjarju flimkien ma' taħriġ speċifiku dwar l-eżamijiet tal-garanzija tal-kwalità;

(b) 

persuna li hija awditur statutorju li jipprattika jew li hija impjegata minn jew assoċjata b'mod ieħor ma' awditur statutorju jew ditta tal-awditjar ma għandhiex titħalla taġixxi bħala spettur;

(c) 

persuna ma għandhiex titħalla taġixxi bħala spettur fi ispezzjoni ta' awditur statutorju jew ta' ditta tal-awditjar sakemm tal-inqas ikunu għaddew tliet minn meta l-persuna tkun waqfet tkun imsieħba jew impjegata ta' dak l-awditur statutorju jew ta' dik id-ditta tal-awditjar jew minn meta kienet assoċjata magħhom b'xi mod ieħor ma' dak l-awditur statutorju jew ditta tal-awditjar;

(d) 

l-ispetturi għandhom jiddikjaraw li mhemmx konflitti ta' interess bejniethom u bejn l-awditur statutorju u d-ditta tal-awditjar li ser jiġu ispezzjonati.

B'deroga mill-punt (b) tal-paragrafu 1, awtorità kompetenti tista' tikkuntratta esperti biex jagħmlu ispezzjonijiet speċifiċi meta n-numru ta' spetturi fl-awtorità ma jkunx biżżejjed. L-awtorità kompetenti tista' tiġi assistita wkoll minn esperti meta dan ikun essenzjali sabiex l-ispezzjoni ssir b'mod korrett. F'każijiet bħal dawn, l-awtoritajiet kompetenti u l-esperti għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan il-paragrafu. L-esperti ma għandhomx ikunu involuti fil-governanza ta', jew ikunu impjegati jew ikkuntrattati mod ieħor minn assoċjazzjonijiet u korpi professjonali iżda jistgħu jkunu membri ta' tali assoċjazzjonijiet jew korpi.

Artikolu 26 6.

L-ambitu tal-ispezzjonijiet għandu tal-inqas ikopri:

(a) 

valutazzjoni tad-disinn tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar;

(b) 

ittestjar tal-konformità adegwat ta' proċeduri u eżami tal-fajls tal-awditjar ta' entitajiet ta' interess pubbliku sabiex tiġi vverifikata l-effikaċja tas-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità;

(c) 

fid-dawl tas-sejbiet mill-ispezzjonijiet taħt il-punti (a) u (b) ta' dan il-paragrafu, valutazzjoni tal-kontenuti tal-aktar rapport annwali ta' trasparenza riċenti ppubblikati minn awditur statutorju jew ditta tal-awditjar skont l-Artikolu 13.

Artikolu 26 7.

Tal-inqas, il-politiki u l-proċeduri ta' kontroll intern tal-kwalità li ġejjin tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar għandhom jiġu eżaminati:

(a) 

il-konformità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar mal-istandards tal-awditjar u tal-kontroll tal-kwalità applikabbli, u r-rekwiżiti etiċi u ta' indipendenza, inklużi dawk stabbiliti fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 2006/43/KE u l-Artikoli 4 u 5 ta' dan ir-Regolament, kif ukoll il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rilevanti tal-Istat Membru kkonċernat;

(b) 

il-kwantità u l-kwalità ta' riżorsi użati, inkluża l-konformità mar-rekwiżiti ta' edukazzjoni kontinwa kif stabbilit fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 2006/43/KE;

(c) 

il-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 4 ta' dan ir-Regolament dwar it-tariffi tal-awditjar mitluba.

Għall-finijiet tal-ittestjar tal-konformità, il-fajls tal-awditjar għandhom jintgħażlu fuq il-bażi ta' analiżi tar-riskju ta' nuqqas milli jsir awditu statutorju b'mod adegwat.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jeżaminaw ukoll b'mod perjodiku l-metodoloġiji użati mill-awdituri statutorji u d-ditti tal-awditjar sabiex iwettqu awditu statutorju.

Barra mill-ispezzjoni koperta mill-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom is-setgħa li jagħmlu ispezzjonijiet oħra.

Artikolu 26 8.
Is-sejbiet u l-konklużjonijiet tal-ispezzjonijiet li fuqhom huma bbażati r-rakkomandazzjonijiet, inklużi s-sejbiet u l-konklużjonijiet relatati ma' rapport ta' trasparenza, għandhom jiġu kkomunikati lill-awditur statutorju ispezzjonat jew lid-ditta tal-awditjar ispezzjonata u għandhom jiġu diskussi magħhom qabel ma jiġi finalizzat rapport dwar ispezzjoni.

Ir-rakkomandazzjonijiet ta' ispezzjonijiet għandhom jiġu implimentati mill-awditur statutorju ispezzjonat jew mid-ditta tal-awditjar ispezzjonata fi żmien perijodu raġonevoli stabbilit mill-awtorità kompetenti. Perijodu bħal dan ma għandux jaqbeż 12-il xahar fil-każ ta' rakkomandazzjonijiet dwar is-sistema interna ta' kontroll tal-kwalità tal-awditur statutorju jew tad-ditta tal-awditjar.

Artikolu 26 9.
L-ispezzjoni għandha tkun is-suġġett ta' rapport li għandu jinkludi l-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet ewlenin tal-eżami tal-garanzija tal-kwalità.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014R0537
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.