+Artikolu 15 1
|
Artikolu 15 1
1. Attività ekonomika għandha tikkwalifika bħala li tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-protezzjoni u r-restawr ta’ bijodiversità u ekosistemi fejn dik l-attività tikkontribwixxi b’mod sostanzjali għall-protezzjoni, għall-konservazzjoni jew għar-restawr tal-bijodiversità jew għall-kisba tal-kundizzjoni tajba tal-ekosistemi, jew għall-protezzjoni tal-ekosistemi li diġà huma f’kundizzjoni tajba, permezz ta’:
|
(a)
|
il-konservazzjoni tan-natura u tal-bijodiversità, inklużi l-kisba tal-istatus favorevoli ta’ konservazzjoni ta’ ħabitats naturali u semi-naturali u speċijiet, jew il-prevenzjoni tad-deterjorazzjoni tagħhom fejn diġà jkollhom status favorevoli ta’ konservazzjoni, u l-protezzjoni u r-restawr ta’ ekosistemi terrestri, tal-baħar u oħrajn akkwatiċi sabiex titjieb il-kundizzjoni tagħhom u tiżdied il-kapaċità tagħhom li jipprovdu servizzi tal-ekosistemi;
|
|
(b)
|
l-użu u l-ġestjoni sostenibbli tal-art, inklużi l-protezzjoni adegwata tal-bijodiversità tal-ħamrija, in-newtralità għad-degradazzjoni tal-art, u r-rimedjar ta’ siti kontaminati;
|
|
(c)
|
prattiki agrikoli sostenibbli, inklużi dawk li jikkontribwixxu għat-titjib tal-bijodiversità jew għat-twaqqif jew prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ħamriji u ekosistemi oħra, id-deforestazzjoni u t-telf ta’ ħabitats;
|
|
(d)
|
ġestjoni sostenibbli tal-foresti, inklużi prattiki u użu ta’ foresti u ta’ art tal-foresti li jikkontribwixxu għat-titjib tal-bijodiversità jew għat-twaqqif jew il-prevenzjoni tad-degradazzjoni tal-ekosistemi, id-deforestazzjoni u t-telf ta’ ħabitats; jew
|
|
(e)
|
il-faċilitazzjoni ta’ kwalunkwe waħda mill-attivitajiet elenkati fil-punti (a) sa (d) ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 16.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0852
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|