|
+Artikolu 25 (1) |
Artikolu 25 (1)jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 2a Il-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’ 1. L-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej stabbiliti mir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (kollettivament, l-“ESAs”, European Supervisory Authorities) għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt, jiżviluppaw abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-kontenut u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni fir-rigward tal-prinċipju ‘la tagħmilx ħsara sinifikanti’ msemmi fil-punt (17) tal-Artikolu 2 ta’ dan ir-Regolament b’mod konsistenti mal-kontenut, il-metodoloġiji u l-preżentazzjoni fir-rigward tal-indikaturi ta’ sostenibbiltà relattivament għall-impatti negattivi msemmija fil-paragrafi 6 u 7 tal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament. 2. L-ESAs għandhom jippreżentaw l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni sat-30 ta’ Diċembru 2020. 3. Is-setgħa hija ddelegata lill-Kummissjoni biex tissupplimenta dan ir-Regolament billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010.”; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|