+Artikolu 13 Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 13 Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1999

Artikolu 13

Emendi tar-Regolament (UE) 2018/1999

Ir-Regolament (UE) 2018/1999 huwa emendat kif ġej:

(1) 

fl-Artikolu 1(1), il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

jiġu implimentati strateġiji u miżuri mfassla biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri tal-Unjoni tal-Enerġija u l-impenji fit-tul tal-Unjoni dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’mod konsistenti mal-Ftehim ta’ Pariġi, b’mod partikolari l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( *1 ), u, għall-ewwel perjodu ta’ għaxar snin, mill-2021 sal-2030, b’mod partikulari l-miri tal-enerġija u tal-klima tal-Unjoni għall-2030;

(2) 

fl-Artikolu 2, il-punt (7), huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(7) 

“projezzjonijiet” tfisser il-previżjonijiet tal-emissjonijiet antropoġeniċi ta’ gassijiet b’effett ta’ serra mis-sorsi u l-assorbimenti mill-bjar jew tal-iżviluppi tas-sistema tal-enerġija, inklużi minn tal-inqas l-istimi kwantitattivi għal sekwenza ta’ sitt snin futuri li tintemm b’0 jew b’5, immedjatament wara s-sena ta’ rapportar;”;

(3) 

fl-Artikolu 3(2), il-punt (f) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(f) 

valutazzjoni tal-impatti tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħqu l-objettivi msemmija fil-punt (b) ta’ dan il-paragrafu, inkluż il-konsistenza tagħhom mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, mal-objettivi tat-tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra skont il-Ftehim ta’ Pariġi u mal-istrateġiji fit-tul kif imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;”;

(4) 

fl-Artikolu 8(2), jiżdied il-punt li ġej:

“(e) 

il-mod kif il-politiki u l-miżuri eżistenti u l-politiki u l-miżuri ppjanati jikkontribwixxu biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119.”;

(5) 

l-Artikolu 11 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 11

Djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija

Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi djalogu f’diversi livelli dwar il-klima u l-enerġija skont ir-regoli nazzjonali, fejn l-awtoritajiet lokali, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, il-komunità kummerċjali, l-investituri u partijiet ikkonċernati rilevanti oħra kif ukoll il-pubbliku ġenerali jkunu jistgħu jinvolvu ruħhom b’mod attiv u jiddiskutu l-kisba tal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u x-xenarji differenti previsti għall-politiki dwar l-enerġija u l-klima, inkluż fuq perjodu ta’ żmien fit-tul, u għandu jeżamina mill-ġdid il-progress, sakemm ma jkollux diġà struttura li sservi l-istess skop. Il-pjanijiet nazzjonali integrati dwar l-enerġija u l-klima jistgħu jiġu diskussi fil-qafas ta’ dan id-djalogu.”;

(6) 

l-Artikolu 15 huwa emendat kif ġej:

(a) 

il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.  
Sal-1 ta’ Jannar 2020, u sussegwentement sal-1 ta’ Jannar 2029 u minn hemm ’il quddiem kull 10 snin, kull Stat Membru għandu jħejji u jippreżenta lill-Kummissjoni l-istrateġija fit-tul tiegħu b’perspettiva ta’ 30 sena u b’mod konsistenti mal-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119. L-Istati Membri għandhom, fejn ikun neċessarju, jaġġornaw dawk l-istrateġiji kull ħames snin.”;
(b) 

fil-paragrafu 3, il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(c) 

biex jinkisbu tnaqqis fit-tul tal-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u tisħiħ fit-tul tal-assorbimenti minn bjar fis-setturi kollha skont l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, fil-kuntest tat-tnaqqis tal-emissjoni tal-gassijiet b’effett ta’ serra u t-titjib meħtieġ tal-assorbimenti minn bjar skont il-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) biex b’mod kosteffikaċi jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra tal-Unjoni u jiżdiedu l-assorbimenti minn bjar ħalli jintlaħaq l-għan fit-tul dwar it-temperatura tal-Ftehim ta’ Pariġi sabiex jinkiseb bilanċ bejn l-emissjonijiet antropoġeniċi minn sorsi u l-assorbimenti minn bjar tal-gassijiet b’effett ta’ serra fi ħdan l-Unjoni u, kif xieraq, sussegwentement jinkisbu emissjonijiet negattivi;”;

(7) 

l-Artikolu 17 huwa emendat kif ġej:

(a) 

fil-paragrafu 2, il-punt (a) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(a) 

l-informazzjoni dwar il-progress li jkun sar biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat dwar l-enerġija u l-klima, u biex jiġu ffinanzjati u implimentati l-politiki u l-miżuri meħtieġa biex dawn jintlaħqu, inkluż rieżami tal-investiment reali vis à vis s-suppożizzjonijiet ta’ investiment inizjali;”;

(b) 

fil-paragrafu 4, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kummissjoni, assistita mill-Kumitat dwar l-Unjoni tal-Enerġija msemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 44(1), għandha tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tistabbilixxi l-istruttura, il-format, id-dettalji tekniċi u l-proċess tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, inkluż metodoloġija għar-rapportar dwar it-tneħħija gradwali tas-sussidji għall-enerġija, b’mod partikolari għall-fjuwils fossili, skont il-punt (d) tal-Artikolu 25.”;

(8) 

fl-Artikolu 29(1), il-punt (b) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(b) 

il-progress li jkun sar minn kull Stat Membru biex jintlaħqu l-objettivi, inkluż il-progress lejn l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, il-miri u l-kontributi tiegħu u biex jiġu implimentati l-politiki u l-miżuri stabbiliti fil-pjan nazzjonali integrat tiegħu dwar l-enerġija u l-klima;”;

(9) 

l-Artikolu 45 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Artikolu 45

Rieżami

Il-Kummissjoni għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien sitt xhur dwar kull rendikont globali maqbul skont l-Artikolu 14 tal-Ftehim ta’ Pariġi dwar it-tħaddim ta’ dan ir-Regolament, il-kontribut tiegħu għall-governanza tal-Unjoni tal-Enerġija, il-kontribut tiegħu għall-għanijiet fit-tul tal-Ftehim ta’ Pariġi, il-progress lejn il-kisba tal-miri dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 u l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119, objettivi addizzjonali tal-Unjoni tal-Enerġija u l-konformità tad-dispożizzjonijiet dwar l-ippjanar, ir-rapportar u l-monitoraġġ stabbiliti f’dan ir-Regolament ma’ liġijiet jew ma’ deċiżjonijiet oħra tal-Unjoni marbutin mal-UNFCCC u l-Ftehim ta’ Pariġi. Ir-rapporti tal-Kummissjoni jistgħu jkunu akkumpanjati minn proposti leġiżlattivi meta jkun xieraq.”;

(10) 

Il-Parti 1 tal-Anness I hija emendata kif ġej:

(a) 

fil-punt 3.1.1 tat-Taqsima A, il-punt (i) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“i. 

Politiki u miżuri għall-kisba tal-mira stabbilita skont ir-Regolament (UE) 2018/842 kif jissemma fil-punt 2.1.1 ta’ din it-Taqsima u politiki u miżuri għall-konformità mar-Regolament (UE) 2018/841, li jkopru s-setturi kollha ewlenin tal-emissjonijiet u s-setturi li jtejbu l-assorbimenti, bi prospetti għall-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119”;

(b) 

fit-Taqsima B, jiżdied il-punt li ġej:

“5.5. 

Il-kontribut tal-politiki u tal-miżuri ppjanati biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119”;

(11) 

fil-punt (c) tal-Anness VI, il-punt (viii) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(viii) 

valutazzjoni tal-kontribut tal-politika jew tal-miżura biex jintlaħaq l-objettiv tan-newtralità klimatika tal-Unjoni stabbilit fl-Artikolu 2(1) tar-Regolament (UE) 2021/1119 u biex tinkiseb l-istrateġija fit-tul imsemmija fl-Artikolu 15 ta’ dan ir-Regolament;”.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 07.04.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1119
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.