Artikolu 17
Verifika u ġbir obbligatorju u standards ta' kwalità minimi
Il-BĊNi għandhom jivverifikaw u, safejn huwa meħtieġ, jagħmlu l-ġbir obbligatorju tal-informazzjoni li l-aġenti li jirraportaw huma meħtieġa jipprovdu skont dan ir-Regolament, mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-BĊE li jeżerċita huwa stess dawn id-drittijiet. B'mod partikolari, il-BĊNi għandhom jeżerċitaw dan id-dritt meta aġent li jirrapporta ma jissodisfax l-istandards minimi għat-trażmissjoni, il-preċiżjoni, il-konformità kunċettwali u r-reviżjonijiet speċifikati fl-Anness V.