Għal finijiet ta’ baġit u ta’ riżorsi proprji, is-Sistema Ewropea tal-Kontijiet kif imsemmija fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1287/2003 u l-atti legali marbuta miegħu, b’mod partikolari r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 u r-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1553/89 tad-29 ta’ Mejju 1989 dwar l-arranġamenti uniformi definittivi għall-ġbir ta’ riżorsi proprji li jakkumulaw mit-taxxa fuq il-valur miżjud (
3
), għandha tkompli tkun is-SEK 95 sakemm tibqa’ fis-seħħ id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (
4
).