Artikolu 55
Rappreżentazzjoni tas-suġġetti tad-data
L-Istati Membri għandhom jipprevedu li, f'konformità mal-liġi proċedurali tal-Istat Membru, is-suġġett tad-data jkollu d-dritt jagħti mandat lil korp, organizzazzjoni jew assoċjazzjoni mhux bi skop ta' qligħ li jkunu ġew ikkostitwiti kif xieraq skont il-liġi ta' Stat Membru, li ma jkunux bi skop ta' qligħ, li l-għanijiet statutorji tagħhom huma fl-interess pubbliku u li huma attivi fil-qasam tal-protezzjoni tad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġett tad-data fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali tagħhom biex iressqu l-ilment f'ismu jew f'isimha u li jeżerċitaw id-drittijiet imsemmija fl-Artikoli 52, 53 u 54 f'ismu jew isimha.