Artikolu 4
Projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni
Għandha tiġi eliminata d-diskriminazzjoni diretta u indiretta fuq il-bażi ta’sess fir-rigward ta' l-aspetti u l-kondizzjonjiet kollha ta' rimunerazzjoni għall-istess xogħol jew għal xogħol li jitqies li għandu valur ugwali.
B’mod partikolari, fejn tintuża sistema ta’ klassifikazzjoni ta’ l-impjiegi biex tiġi determinata l-paga, din għandha tiġi bbażata fuq l-istess kriterji kemm għall-irġiel u kemm għan-nisa u għalhekk għandha tkun imfassla b'mod tali li teskludi kwalunkwe diskriminazzjoni minħabba s-sess.