|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.M’għandu jkun hemm l-ebda diskriminazzjoni diretta jew indiretta minħabba s-sess fis-settur pubbliku jew f’dak privat, inklużi l-korpi pubbliċi, b’relazzjoni għal:
(a)
kondizzjonijiet għal aċċess għall-impjiegi, għal min jaħdem għal rasu jew għall-impjieg, inkluż il-kriterji ta’selezzjoni u l-kondizzjonijiet ta’ reklutaġġ, tkun li tkun il-fergħa ta’ attività u fil-livelli kollha tal-ġerarkija professjonali, inkluż promozzjoni;
(b)
aċċess għat-tipi kollha u għal-livelli kollha ta’ gwida vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali, taħriġ vokazzjonali avvanzat u taħriġ mill-ġdid, inkluża l-esperjenza prattika tax-xogħol;
(ċ)
Impjieg u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inlużi sensji, kif ukoll paga kif previst fl-Artikolu 141 tat-Trattat;
(d)
sħubija, u involviment f’organizzazzjoni ta’ ħaddiema jew ta’ min iħaddem, jew kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha jwettqu professjoni partikolari, inklużi l-benefiċċji provduti minn organizzazzjonijiet ta’ din ix-xorta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|