+Artikolu 21 Djalogu soċjali
---+Artikolu 21 1.
---+Artikolu 21 2.
---+Artikolu 21 3.
---+Artikolu 21 4.

Artikolu 21 Djalogu soċjali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 21 1.
L-Istati Membri għandhom, skond it-tradizzjonijiet legali u l-prattika, jieħdu miżuri adegwati sabiex jippromwovu djalogu soċjali bejn il-partijiet soċjali bil-ħsieb li jrawmu trattament ugwali, per eżempju anke bl-immonitorjar tal-prattiċi fuq il-post tax-xogħol, l-aċċess għall-impjiegi, it-taħriġ vokazzjonali, il-promozzjoni, kif ukoll permezz tal-monitoraġġ ta' ftehim kollettiv, il-kodiċi ta' kondotta, ir-riċerka jew l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba.
Artikolu 21 2.
Fejn huwa konsistenti mat-tradizzjonijiet u l-prattika nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jinkoraġġixxu lill-imsieħba soċjali, bla ebda preġudizzju għall-awtonomija tagħhom, jippromwovu l-ugwaljanza bejn l-irġiel u n-nisa, u l-arranġamenti ta’ xogħol flessibbli, bil-għan li tiġi ffaċilitata r-rikonċiljazzjoni tal-ħajja tax-xogħol u l-ħajja privata, u sabiex jikkonkludu, fil-livell xieraq, ftehim li jipprovdi regoli kontra d-diskriminazzjoni fl-oqsma li jirreferi għalihom l-Artikolu 1 li jaqa’ fl-iskop tan-negozjar kollettiv. Dawn l-argumenti għandhom jirrispettaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva u l-miżuri ta’ l-implimentazzjoni nazzjonali relevanti.
Artikolu 21 3.
L-Istati Membri għandhom, skond il-liġi nazzjonali, ftehim kollettiv jew il-prattika, jinkoraġġixxu li min iħaddem sabiex jippromwovi trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa b’mod ippjanat u sistematiku fuq il-post tax-xogħol, fl-aċċess għall-impjiegi, fit-taħriġ vokazzjonali u l-promozzjoni.
Artikolu 21 4.

Għal dan il-għan, min iħaddem għandu jiġi nkoraġġit jipprovdi f’intervalli regolari u xierqa lil ħaddiema u/jew lir-rappreżentanti tagħhom b’informazzjoni xierqa fuq trattament ugwali għall-irġiel u n-nisa fl-impriża.

Tali informazzjoni tista' tinkludi ħarsa lejn il-proporzjoni ta’ nisa u rġiel fil-livelli differenti ta' l-organizzazzjoni; il-paga tagħhom u differenzi fil-paga u miżuri possibbli li jtejbu s-sitwazzjoni b’koperazzjoni mar-rappreżentanti tal-ħaddiema.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 19.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32006L0054
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.