+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (a)
---+Artikolu 3 (b)
---+Artikolu 3 (c)
---+Artikolu 3 (d)
---+Artikolu 3 (e)
---+Artikolu 3 (f)
---+Artikolu 3 (g)
---+Artikolu 3 (h)
---+Artikolu 3 (i)

Artikolu 3 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 (a)

“ċittadin ta’ pajjiż terz” tfisser kwalunkwe persuna li ma tkunx ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 20(1) TFUE;

Artikolu 3 (b)

“ħaddiem staġonali” tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz li jżomm il-post ta’ residenza prinċipali tiegħu jew tagħha f’pajjiż terz u jkun joqgħod legalment u temporanjament fit-territorju ta’ Stat Membru biex iwettaq attività li tiddipendi mill-mogħdija tal-istaġuni, skont kuntratt tax-xogħol wieħed jew aktar b’terminu fiss konkluż(i) direttament bejn dak iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz u min iħaddem stabbilit f’dak l-Istat Membru.

Artikolu 3 (c)

“attività li tiddipendi mill-mogħdija tal-istaġuni” tfisser attività li hija marbuta ma’ ċertu żmien tas-sena permezz ta’ avveniment rikorrenti jew sensiela ta’ avvenimenti marbuta ma’ kondizzjonijiet staġonali li matulhom il-livelli ta’ ħaddiema meħtieġa huma sinifikattivament ogħla minn dawk neċessarji għall-operazzjonijiet kontinwi tas-soltu;

Artikolu 3 (d)

“permess ta’ ħaddiem staġonali” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa bl-użu ta’ format stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1030/2002 (17) li jirriferi għal xogħol staġonali u li jintitola lid-detentur tiegħu li joqgħod u jaħdem fit-territorju ta’ Stat Membru għal soġġorn li jaqbeż 90 jum taħt it-termini ta’ din id-Direttiva;

Artikolu 3 (e)

“viża għal soġġorn qasir” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif previst fil-punt (2)(a) tal-Artikolu 2 tal-Kodiċi dwar il-Viżi jew maħruġa f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ;

Artikolu 3 (f)

“viża għal soġġorn twil” tfisser awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru kif previst fl-Artikolu 18 tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen jew maħruġa f’konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ;

Artikolu 3 (g)

“proċedura unika ta’ applikazzjoni” tfisser proċedura li twassal, abbażi ta’ applikazzjoni waħda għall-awtorizzazzjoni ta’ soġġorn u tax-xogħol ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fit-territorju ta’ Stat Membru, għal deċiżjoni dwar l-applikazzjoni għal permess ta’ ħaddiem staġonali;

Artikolu 3 (h)

“awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali” tfisser kwalunkwe waħda mill-awtorizzazzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 9 li tintitola lid-detentur tagħhom biex joqgħod u jaħdem fit-territorju tal-Istat Membru li ħareġ l-awtorizzazzjoni taħt din id-Direttiva;

Artikolu 3 (i)

“permess tax-xogħol” tfisser kwalunkwe awtorizzazzjoni maħruġa minn Stat Membru f’konformità mal-liġi nazzjonali għall-fini ta’ xogħol fit-territorju ta’ dak l-Istat Membru.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.