+Artikolu 5 Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni għall-finijiet ta’ impjieg bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum
---+Artikolu 5 1
---+Artikolu 5 2
---+Artikolu 5 3
---+Artikolu 5 4
---+Artikolu 5 5

Artikolu 5 Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni għall-finijiet ta’ impjieg bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li ma jaqbżux 90 jum

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1

1.   L-applikazzjonijiet għal ammissjoni fi Stat Membru taħt it-termini ta’ din id-Direttiva għal soġġorn li ma jaqbiżx 90 jum għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)

kuntratt validu ta’ xogħol jew, jekk previst mil-liġi jew regolamenti amministrattivi jew prattika nazzjonali, offerta vinkolanti ta’ impjieg għal xogħol bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma’ persuna li tħaddem stabbilita f’dak l-Istat Membru li jispeċifikaw:

(i)

il-post u t-tip ta’ xogħol;

(ii)

it-tul tal-impjieg;

(iii)

ir-remunerazzjoni;

(iv)

is-sigħat ta’ xogħol kull ġimgħa jew xahar;

(v)

l-ammont ta’ kwalunkwe leave imħallas;

(vi)

fejn applikabbli, kondizzjonijiet ta’ xogħol rilevanti oħra; u

(vii)

jekk possibbli, id-data meta jibda l-impjieg.

(b)

evidenza tal-akkwist ta’, jew, jekk prevista fil-liġi nazzjonali, tal-applikazzjoni għal assigurazzjoni tal-mard minħabba r-riskji kollha li normalment ikopru liċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat għall-perijodi li fihom il-kopertura mit-tali assigurazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji korrespondenti mhumiex ipprovduti b’konnessjoni max-xogħol, jew bħala riżultat tax-xogħol li jkun sar f’dak l-Istat Membru;

(c)

evidenza li l-ħaddiem staġonali ser ikollu akkomodazzjoni xierqa jew li ser tiġi pprovduta akkomodazzjoni xierqa, skont l-Artikolu 20.

Artikolu 5 2

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 ikunu f’konformità ma’ liġijiet, ftehimiet kollettivi u/jew prattika li jkunu applikabbli.

Artikolu 5 3

3.   Fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-ħaddiem staġonali ma jkollu ebda rikors għas-sistemi tal-assistenza soċjali tagħhom.

Artikolu 5 4

4.   Fil-każijiet fejn fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti għal impjieg ikun speċifikat li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ser jeżerċita professjoni regolata, kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18), l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-applikant jippreżenta dokumentazzjoni li tiċċertifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dik il-professjoni regolata.

Artikolu 5 5

5.   Meta jeżaminaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(1), l-Istati Membri li ma japplikawx l-acquis ta’ Schengen bis-sħiħ għandhom jivverifikaw li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz:

(a)

ma jippreżentax riskju ta’ immigrazzjoni illegali;

(b)

mhuwiex biħsiebu jitlaq mit-territorju tal-Istat Membri mhux aktar tard mid-data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.