+Artikolu 6 Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li jaqbżu 90 jum
---+Artikolu 6 1
---+Artikolu 6 2
---+Artikolu 6 3
---+Artikolu 6 4
---+Artikolu 6 5
---+Artikolu 6 6
---+Artikolu 6 7

Artikolu 6 Kriterji u rekwiżiti għall-ammissjoni bħala ħaddiem staġonali għal soġġorni li jaqbżu 90 jum

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1

1.   L-applikazzjonijiet għal ammissjoni fi Stat Membru skont it-termini ta’ din id-Direttiva għal soġġorn li jaqbeż 90 jum, għandhom ikunu akkumpanjati minn:

(a)

kuntratt validu ta’ xogħol jew, jekk tkun prevista mil-liġi jew regolamenti amministrattivi jew prattika nazzjonali, offerta vinkolanti ta’ impjieg għal xogħol bħala ħaddiem staġonali fl-Istat Membru kkonċernat ma’ persuna li tħaddem stabbilita f’dak l-Istat Membru, li jispeċifikaw:

(i)

il-post u t-tip ta’ xogħol;

(ii)

it-tul tal-impjieg;

(iii)

ir-remunerazzjoni;

(iv)

is-sigħat ta’ xogħol kull ġimgħa jew xahar;

(v)

l-ammont ta’ kwalunkwe leave imħallas;

(vi)

fejn applikabbli, kondizzjonijiet ta’ xogħol rilevanti oħra; u

(vii)

jekk possibbli, id-data ta’ meta jibda l-impjieg;

(b)

evidenza tal-akkwist ta’, jew, jekk prevista fil-liġi nazzjonali, tal-applikazzjoni, għal assigurazzjoni tal-mard minħabba r-riskji kollha li normalment huma koperti għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat fil-perijodi fejn il-kopertura tal-assigurazzjoni u d-dritt għall-benefiċċji korrespondenti mhumiex ipprovduti f’konnessjoni max-xogħol, jew b’riżultat tax-xogħol imwettaq f’dak l-Istat Membru;

(c)

evidenza li l-ħaddiem staġonali ser ikollu akkomodazzjoni xierqa jew li ser tiġi pprovduta akkomodazzjoni xierqa, skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 14.

Artikolu 6 2

2.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 1 jikkonformaw ma’ liġijiet, ftehimiet kollettivi u/jew prattika li jkunu applikabbli.

Artikolu 6 3

3.   Fuq il-bażi tad-dokumentazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jesiġu li l-ħaddiem staġonali ser ikollu biżżejjed riżorsi matul is-soġġorn tiegħu jew tagħha biex imantni lilu nnifsu mingħajr rikors għas-sistemi tal-assistenza soċjali tagħhom.

Artikolu 6 4

4.   Iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma kkunsidrati bħala theddida għall-ordni pubbliku, is-sigurtà pubblika jew is-saħħa pubblika m’għandhomx jiġu ammessi.

Artikolu 6 5

5.   Meta jeżaminaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 12(2), l-Istati Membri għandhom jivverifikaw li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jippreżentax riskju ta’ immigrazzjoni illegali u li hu jew hi mhumiex biħsiebhom jitilqu mit-territorju tal-Istat Membri l-aktar tard fid-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni.

Artikolu 6 6

6.   Fil-każijiet fejn fil-kuntratt tax-xogħol jew fl-offerta vinkolanti għal impjieg ikun speċifikat li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ser jeżerċita professjoni regolata, kif definit fid-Direttiva 2005/36/KE, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li l-applikant jippreżenta dokumentazzjoni li tiċċertifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti taħt il-liġi nazzjonali għall-eżerċizzju ta’ dik il-professjoni rregolata.

Artikolu 6 7

7.   L-Istati Membri għandhom jesiġu li ċittadini ta’ pajjiżi terzi jkollhom fil-pussess tagħhom dokument tal-ivvjaġġar li jkun validu taħt il-liġi nazzjonali. L-Istati Membri għandhom jesiġu li l-perijodu ta’ validità tad-dokument tal-ivvjaġġar ikopri mill-inqas il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali.

Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jesiġu li:

(a)

il-perijodu ta’ validità jaqbeż iż-żmien maħsub ta’ soġġorn b’massimu ta’ tliet hur;

(b)

id-dokument tal-ivvjaġġar ikun inħareġ fl-aħħar għaxar snin; u

(c)

id-dokument tal-ivvjaġġar ikollu mill-inqas żewġ paġni vojta.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.