+Artikolu 8 Raġunijiet għal rifjut
---+Artikolu 8 1
---+Artikolu 8 2
---+Artikolu 8 3
---+Artikolu 8 4
---+Artikolu 8 5
---+Artikolu 8 6

Artikolu 8 Raġunijiet għal rifjut

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 8 1

1.   L-Istati Membri għandhom jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

ma jkunx hemm konformità mal-Artikoli 5 jew 6; jew

(b)

id-dokumenti ppreżentati għall-fini tal-Artikoli 5 jew 6 jkunu nkisbu bi frodi, jew iffalsifikati, jew imbagħbsa.

Artikolu 8 2

2.   L-Istati Membri għandhom, jekk ikun il-każ, jirrifjutaw applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

il-persuna li tħaddem ġiet sanzjonata skont il-liġi nazzjonali għal xogħol mhux iddikjarat u/jew impjieg illegali;

(b)

in-negozju tal-persuna li tħaddem qed jiġi jew ġie xolt skont il-liġijiet nazzjonali ta’ insolvenza jew ma tkunx qed issir ebda attività ekonomika; jew

(c)

il-persuna li tħaddem tkun ġiet sanzjonata taħt l-Artikolu 17.

Artikolu 8 3

3.   L-Istati Membri jistgħu jivverifikaw jekk il-pożizzjoni vakanti inkwistjoni tistax timtela minn ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat jew minn ċittadini oħrajn tal-Unjoni, jew minn ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu legalment f’dak l-Istat Membru, u f’dak il-każ huma jistgħu jirrifjutaw l-applikazzjoni. Dan il-paragrafu għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tal-preferenza għaċ-ċittadini tal-Unjoni kif stabbilit fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Atti rilevanti ta’ Adeżjoni.

Artikolu 8 4

4.   Stat Membru jista’ jirrifjuta applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali fejn:

(a)

il-persuna li tħaddem tkun naqset milli tissodisfa l-obbligi legali tagħha rigward is-sigurtà soċjali, it-tassazzjoni, id-drittijiet tax-xogħol, il-kondizzjonijiet tax-xogħol jew it-termini ta’ impjieg, kif previst fil-liġijiet u/jew ftehimiet kollettivi li jkunu applikabbli;

(b)

fi żmien it-12-il xahar li jippreċedu immedjatament id-data tal-applikazzjoni, il-persuna li tħaddem tkun eliminat pożizzjoni full-time sabiex toħloq pożizzjoni vakanti li l-persuna li tħaddem tkun qed tipprova timla bl-użu ta’ din id-Direttiva;

(c)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jkunx osserva l-obbligi li jirriżultaw minn deċiżjoni preċedenti ta’ ammissjoni bħala ħaddiem staġonali.

Artikolu 8 5

5.   Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, kwalunkwe deċiżjoni ta’ rifjut ta’ applikazzjonigħandha tieħu kont taċ-ċirkostanzi speċifiċi tal-każ, inklużi l-interessi tal-ħaddiem staġonali, u jirrispetta l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Artikolu 8 6

6.   Ir-raġunijiet għal rifjut tal-ħruġ ta’ viża għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Kodiċi dwar il-Viżi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.