+Artikolu 12 Awtorizzazzjonijiet għall-fini ta’ xogħol staġonali
---+Artikolu 12 1
---+Artikolu 12 2
---+Artikolu 12 3
---+Artikolu 12 4
---+Artikolu 12 5
---+Artikolu 12 6
---+Artikolu 12 7
---+Artikolu 12 8
|
Artikolu 12 Awtorizzazzjonijiet għall-fini ta’ xogħol staġonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1
|
1. Għal soġġorni li ma jaqbżux id-90 jum, għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-Artikolu 5 u ma jaqgħux taħt ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 6, l-Istati Membri għandhom joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin għall-fini ta’ xogħol staġonali, mingħajr preġudizzju għar-regoli dwar il-ħruġ ta’ viżi għal soġġorn qasir kif stipulat fil-Kodiċi dwar il-Viżi u fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 (20):
|
(a)
|
viża għal soġġorn qasir, li tindika li hija maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali;
|
|
(b)
|
viża għal soġġorn qasir u permess tax-xogħol li jindikaw li huma maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali; jew
|
|
(c)
|
permess tax-xogħol li jindika li huwa maħruġ għall-fini ta’ xogħol staġonali, fejn iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun eżentat mir-rekwiżit ta’ viża f’konformità mal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 539/2001 u l-Istat Membru kkonċernat ma japplikax lilu l-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament.
|
Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu jew l-għall-awtorizzazzjonijiet msemmija fil-punti (a) u (c) jew għall-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (b) u (c).
|
|
Artikolu 12 2
|
2. Għal soġġorni li jaqbżu d-90 jum, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jikkonformaw mal-Artikolu 5a u ma jaqgħux taħt ir-raġunijiet stabbiliti fl-Artikolu 8, l-Istati Membri għandhom joħorġu waħda mill-awtorizzazzjonijiet li ġejjin għall-fini ta’ xogħol staġonali:
|
(a)
|
viża għal soġġorn twil, li tindika li hija maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali;
|
|
(b)
|
permess tax-xogħol staġonali; jew
|
|
(c)
|
permess tax-xogħol staġonali jew viża għal soġġorn twil, jekk il-viża għal soġġorn twil hija meħtieġa taħt il-liġi nazzjonali għad-dħul fit-territorju.
|
Meta jittrasponu din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprovdu għal waħda biss mill-awtorizzazzjonijiet imsemmija fil-punti (a), (b) u (c).
|
|
Artikolu 12 3
|
3. Mingħajr preġudizzju għall-acquis ta’ Schengen, l-Istati Membri għandhom jiddeterminaw jekk applikazzjoni għandhiex tiġi ppreżentat minn ċittadin ta’ pajjiż terz u/jew mill-persuna li tħaddem.
L-obbligu tal-Istati Membri li jiddeterminaw jekk l-applikazzjoni għandhiex tiġi ppreżentata minn ċittadin ta’ pajjiż terz u/jew mill-persuna li tħaddem għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe arranġament li jeħtieġ li t-tnejn li huma jkunu involuti fil-proċedura.
|
|
Artikolu 12 4
|
4. Il-permess tax-xogħol staġonali msemmi fil-punti (b) u (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2, għandu jinħareġ mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri bl-użu tal-format stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1030/2002. L-Istati Membri għandhom idaħħlu referenza fuq il-permess li tiddikjara li dan huwa maħruġ għall-fini ta’ xogħol staġonali.
|
|
Artikolu 12 5
|
5. Fil-każ ta’ viżi għal soġġorn twil, l-Istati membri għandhom idaħħlu referenza li tiddikjara li din hija maħruġa għall-fini ta’ xogħol staġonali taħt l-intestatura ‘kummenti’ fuq l-istiker tal-viża f’konformità mal-punt 12 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1683/95.
|
|
Artikolu 12 6
|
6. L-Istati Membri jistgħu jindikaw informazzjoni addizzjonali relatata mar-relazzjoni ta’ impjieg tal-ħaddiem staġonali f’format ta’ karta, jew jaħżnu tali data f’format elettroniku kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1030/2002 u fil-punt (a)16 tal-Anness għalih.
|
|
Artikolu 12 7
|
7. Fejn tkun meħtieġa viża għall-uniku fini ta’ dħul fit-territorju ta’ Stat Membru u ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun jissodisfa l-kondizzjonijiet biex jinħariġlu permess ta’ ħaddiem staġonali taħt il-punt (c) tas-subparagrafu 2, l-Istat Membru kkonċernat għandu jagħti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kull fakultà li jikseb il-viża meħtieġa.
|
|
Artikolu 12 8
|
8. Il-ħruġ ta’ viża għal soġġorn twil imsemmi fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 2 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-Istati Membri joħorġu awtorizzazzjoni minn qabel għal xogħol fl-Istat Membru kkonċernat.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|