+Artikolu 17 Sanzjonijiet kontra min iħaddem
---+Artikolu 17 1
---+Artikolu 17 2
---+Artikolu 17 3
|
Artikolu 17 Sanzjonijiet kontra min iħaddem
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 17 1
|
1. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għal sanzjonijiet kontra persuni li jħaddmu li ma ssodisfawx l-obbligi tagħhom taħt din id-Direttiva, inkluż l-esklużjoni ta’ persuni li jħaddmu li qegħdin fi ksur serju tal-obbligi tagħhom skont din id-Direttiva għall-impjieg ta’ ħaddiema staġonali. Dawk is-sanzjonijiet għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.
|
|
Artikolu 17 2
|
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, jekk l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali tiġi rtirata f’konformità mal-Artikolu 91a) u l-punti (b), (c) u (d) tal-Artikolu 9(3), min iħaddem għandu jkun suġġett li jħallas kumpens lill-ħaddiem staġonali f’konformità mal-proċeduri skont il-liġi nazzjonali. Kwalunkwe responsabbiltà għandha tkopri kwalunkwe obbligu pendenti li min iħaddem ikollu jirrispetta jekk l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali ma tkunx ġiet irtirata.
|
|
Artikolu 17 3
|
3. Fejn min iħaddem huwa sottokuntrattur li kiser din id-Direttiva u fejn il-kuntrattur prinċipali u kwalunkwe sottokuntrattur intermedju ma wettqux l-obbligi ta’ diliġenza dovuta kif definiti bil-liġi nazzjonali, il-kuntrattur prinċipali u kwalunkwe sottokuntrattur intermedju jistgħu:
|
(a)
|
jkunu suġġetti għas-sanzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1;
|
|
(b)
|
ikunu responsabbli, minbarra jew minflok min iħaddem, biex iħallsu kwalunkwe kumpens dovut lill-ħaddiem staġonali f’konformità mal-paragrafu 2;
|
|
(c)
|
ikunu responsabbli, minbarra jew minflok min iħaddem, biex iħallsu kwalunkwe ħlas b’lura dovut lill-ħaddiem staġonali skont il-liġi nazzjonali.
|
L-Istati Membri jistgħu jipprovdu għal regoli aktar stretti dwar ir-responsabbiltà taħt il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|