1. L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu ħlas ta’ tariffi għall-immaniġġjar tal-applikazzjonijiet f’konformità ma’ din id-Direttiva. Il-livell ta’ tali tariffi ma għandux ikun sproporzjonat jew eċċessiv. It-tariffi għall-viżi għal soġġorn qasir huma regolati fid-dispożizzjonijiet rilevanti tal-acquis ta’ Schengen. Fejn dawk it-tariffi huma mħallsa miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu sabiex huma jkunu intitolati li jiġu rimburżati mill-persuna li tħaddem f’konformità mal-liġi nazzjonali.