+Artikolu 23 Dritt għat-trattament ugwali
---+Artikolu 23 1
---+Artikolu 23 2
---+Artikolu 23 3
|
Artikolu 23 Dritt għat-trattament ugwali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1
|
1. Il-ħaddiema staġonali huma intitolati għal trattament ugwali meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Istat Membru ospitanti tal-anqas fir-rigward ta’:
|
(a)
|
it-termini ta’ impjieg, inkluża l-età minima ta’ impjieg, u l-kondizzjonijiet tax-xogħol, inklużi l-paga u s-sensja, is-sigħat tax-xogħol, il-btajjel u l-vakanzi, kif ukoll ir-rekwiżiti tas-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol;
|
|
(b)
|
id-dritt tal-istrajkjar u li tittieħed azzjoni industrijali, f’konformità mal-liġi u l-prattika nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti, u l-libertà ta’ assoċjazzjoni u affiljazzjoni u sħubija ta’ organizzazzjoni li tirrappreżenta l-ħaddiema jew ta’ kwalunkwe organizzazzjoni li l-membri tagħha huma impenjati f’xi xogħol speċifiku, inklużi d-drittijiet u l-benefiċċji konferiti minn organizzazzjonijiet bħal dawn, inkluż id-dritt għan-negozjar u għall-konklużjoni ta’ ftehimiet kollettivi, mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar l-ordni pubbliku u s-sigurtà pubblika;
|
|
(c)
|
il-pagamenti b’lura li għandhom isiru minn min iħaddem, dwar kwalunkwe remunerazzjoni pendenti liċ-ċittadin ta’ pajjiż terz;
|
|
(d)
|
il-fergħat ta’ sigurtà soċjali, kif definiti fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004;
|
|
(e)
|
l-aċċess għal prodotti u servizzi u l-provvista ta’ prodotti u servizzi li jkunu disponibbli għall-pubbliku, minbarra l-akkomodazzjoni, mingħajr preġudizzju għal-libertà kuntrattwali f’konformità mal-liġi tal-Unjoni u mal-liġi nazzjonali;
|
|
(f)
|
is-servizzi ta’ konsulenza dwar ix-xogħol staġonali mogħtija minn uffiċċji tal-impjieg;
|
|
(g)
|
l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali;
|
|
(h)
|
ir-rikonoxximent ta’ diplomi, ċertifikati u kwalifiki professjonali oħra, skont il-proċeduri nazzjonali rilevanti;
|
|
(i)
|
il-benefiċċji tat-taxxa, kemm-il darba l-ħaddiem staġonali jkun meqjus bħala residenti għal finijiet fiskali fl-Istat Membru kkonċernat.
|
Il-ħaddiema staġonali li jmorru joqogħdu f’pajjiż terz, jew is-superstiti ta’ ħaddiema staġonali bħal dawn li jkunu residenti f’pajjiż terz li jkollhom drittijiet derivanti mill-ħaddiem staġonali, għandhom jirċievu pensjonijiet statutorji bbażati fuq l-impjieg preċedenti tal-ħaddiem staġonali u akkwiżiti skont il-leġiżlazzjoni stipulata fl-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 883/2004, b’dawk l-istess kondizzjonijiet u b’dawk l-istess rati bħalma jkunu dovuti liċ-ċittadini tal-Istati Membri kkonċernati meta jmorru joqogħdu f’pajjiż terz.
|
|
Artikolu 23 2
|
2. L-Istati Membri jistgħu jirrestrinġu t-trattament ugwali:
|
(i)
|
taħt il-punt (d) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, billi jeskludu l-benefiċċji għall-familja u l-benefiċċji tal-qgħad, mingħajr preġudizzju għar-Regolament (UE) Nru 1231/2010;
|
|
(ii)
|
taħt il-punt (g) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, billi tiġi limitata l-applikazzjoni tiegħu għall-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali li huwa direttament marbut mal-attività speċifika ta’ impjieg u billi jiġu esklużi l-għotjiet ta’ studju u ta’ manteniment u self jew għotjiet u self oħrajn;
|
|
(iii)
|
taħt il-punt (i) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1 fir-rigward tal-benefiċċji tat-taxxa billi tiġi limitata l-applikazzjoni għal każijiet fejn il-post ta’ residenza rreġistrat jew tas-soltu tal-membri tal-familja tal-ħaddiem staġonali, li għalihom hu/hi titlob benefiċċji, ikun jinsab fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.
|
|
|
Artikolu 23 3
|
3. Id-dritt għal trattament ugwali stipulat fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istat Membru li jirtira jew li jirrifjuta li jestendi jew iġedded l-awtorizzazzjoni għall-fini ta’ xogħol staġonali f’konformità mal-Artikoli 9 u 15.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 28.03.2014 00:00:00 -Doknr: CELEX:32014L0036
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|