2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-partijiet terzi li għandhom, skont il-kriterji stabbiliti mil-liġi nazzjonali tagħhom, interess leġittimu li jiżguraw li jkun hemm konformità ma’ din id-Direttiva, jistgħu, jew f’isem il-ħaddiem staġonali, jew b’appoġġ għalih, bl-approvazzjoni tiegħu jew tagħha, ikunu parti fi kwalunkwe proċediment amministrattiv jew ċivili, esklużi l-proċeduri u d-deċiżjonijiet fir-rigward ta’ viżi għal soġġorn qasir, li jkunu previsti għall-fini tal-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.