+Artikolu 23 Governanza tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu
---+Artikolu 23 1.
---+Artikolu 23 2.
---+Artikolu 23 3.
---+Artikolu 23 4.
|
Artikolu 23 Governanza tal-valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 23 1.
|
Il-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu għandha tiġi approvata mill-maniġment superjuri, il-korp governattiv, u, fejn tkun teżisti, il-funzjoni superviżorja tal-maniġer ta' MMF. Dawk il-partijiet għandu jkollhom fehim tajjeb tal-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu u tal-metodoloġiji applikati mill-maniġer ta' MMF, kif ukoll fehim dettaljat tar-rapporti assoċjati.
|
|
Artikolu 23 2.
|
Il-maniġer ta' MMF għandu jirrapporta lill-partijiet imsemmija fil-paragrafu 1 dwar il-profil ta' riskju ta' kreditu tal-MMF, abbażi ta' analiżi tal-valutazzjonijiet interni tal-kwalità tal-kreditu tal-MMF. Il-frekwenzi tar-rapportar għandhom jiddependu fuq l-importanza u t-tip ta' informazzjoni u tal-inqas ir-rapportar isir darba fis-sena.
|
|
Artikolu 23 3.
|
Fuq bażi kontinwa, il-maniġment superjuri għandu jara li l-proċedura interna ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu qed taħdem kif suppost. Il-maniġment superjuri għandu jiġi mgħarraf b'mod regolari dwar kif sejrin il-proċeduri interni ta' valutazzjoni tal-kwalità tal-kreditu, l-oqsma fejn instabu nuqqasijiet, u l-qagħda tal-isforzi u l-azzjonijiet meħuda biex jittejbu nuqqasijiet identifikati qabel.
|
|
Artikolu 23 4.
|
Il-valutazzjonijiet interni tal-kwalità tal-kreditu u r-rieżamijiet perjodiċi tagħhom mill-maniġer ta' MMF ma għandhomx jitwettqu mill-persuni inkarigati jew responsabbli mill-ġestjoni tal-portafoll ta' MMF.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|