+Artikolu 34 1.

Artikolu 34 1.

Il-maniġer ta' CNAV MMF ta' dejn pubbliku jew ta' LVNAV MMF għandu jistabbilixxi, jimplimenta u japplika b'mod konsistenti proċeduri ta' ġestjoni tal-likwidità prudenti u rigorużi biex jiżgura l-konformità mas-solli ta' likwidità ta' kull ġimgħa applikabbli għal tali fondi. Il-proċeduri ta' ġestjoni tal-likwidità għandhom jiġu deskritti b'mod ċar fir-regoli jew l-istrumenti ta' inkorporazzjoni tal-fond, kif ukoll fil-prospett.

Biex tkun żgurata l-konformità mas-solli ta' likwidità ta' kull ġimgħa, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:

(a) 

kull meta l-proporzjon ta' assi li jimmaturaw kull ġimgħa kif stabbilit fil-punt (e) tal-Artikolu 24(1) jaqa' taħt it-30 % tal-assi totali tas-CNAV MMF ta' dejn pubbliku jew tal-LVNAV MMF u t-tifdijiet netti ta' kuljum f'jum wieħed ta' xogħol jaqbżu l-10 % tal-assi totali, il-maniġer tas-CNAV MMF ta' dejn pubbliku jew tal-LVNAV MMF għandu jinforma minnufih lill-bord tiegħu b'dan u l-bord għandu jwettaq valutazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni biex jiddetermina l-azzjoni xierqa li għandha tittieħed b'kunsiderazzjoni tal-interessi tal-investituri, u għandu jiddeċiedi jekk japplikax waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin:

(i) 

tariffi ta' likwidità fuq tifdijiet li jirriflettu b'mod adegwat il-kost għall-MMF biex jikseb il-likwidità u jiżgura li l-investituri li jibqgħu fil-fond ma jiġux żvantaġġati b'mod inġust meta investituri oħra jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom matul il-perjodu;

(ii) 

limiti ta' tifdija li jillimitaw l-ammont ta' ishma jew unitajiet li għandhom jinfdew fi kwalunkwe jum wieħed ta' xogħol sa massimnu ta' 10 % tal-ishma jew tal-unitajiet fl-MMF għal kwalunkwe perjodu sa 15-il jum ta' xogħol;

(iii) 

sospensjoni tat-tifdijiet għal kwalunkwe perjodu sa 15-il jum ta' xogħol; jew

(iv) 

ma tittieħed l-ebda azzjoni immedjata oħra għajr l-adempiment tal-obbligu stabbilit fl-Artikolu 24(2);

(b) 

kull meta l-proporzjon ta' assi li jimmaturaw kull ġimgħa kif stabbilit fil-punt (e) tal-Artikolu 24(1) jaqa' taħt l-10 % tal-assi totali tiegħu, il-maniġer ta' CNAV MMF ta' dejn pubbliku jew ta' LVNAV MMF għandu jinforma minnufih lill-bord tiegħu b'dan u l-bord għandu jwettaq valutazzjoni dokumentata tas-sitwazzjoni u, abbażi ta' tali valutazzjoni u b'kunsiderazzjoni tal-interessi tal-investituri, għandu japplika waħda jew aktar mill-miżuri li ġejjin u jiddokumenta r-raġunijiet għall-għażla tagħha:

(i) 

tariffi ta' likwidità fuq tifdijiet li jirriflettu b'mod adegwat il-kost għall-MMF biex jikseb il-likwidità u jiżgura li l-investituri li jibqgħu fil-fond ma jiġux żvantaġġati b'mod inġust meta investituri oħra jifdu l-unitajiet jew l-ishma tagħhom matul il-perjodu;

(ii) 

sospensjoni tat-tifdijiet għal perjodu ta' mhux aktar minn 15-il jum ta' xogħol.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 24.12.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1131
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.