2. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tivvaluta l-konformità tal-fornituri ta' servizzi ta' finanzjament kollettiv mal-obbligazzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Hija għandha tiddetermina l-frekwenza u l-profondità ta' dik il-valutazzjoni filwaqt li tqis in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-fornitur tas-servizz ta' finanzjament kollettiv. Għall-fini ta' dik il-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti rilevanti tista' twettaq spezzjoni fuq il-post fir-rigward tal-fornitur ta' servizz ta' finanzjament kollettiv.