+Artikolu 4 Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi
---+Artikolu 4 1.
---+Artikolu 4 2.
---+Artikolu 4 3.
|
Artikolu 4 Eżerċizzju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 4 1.
|
Kull intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari li jkollu l-intenzjoni li jeżerċita negozju fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor għall-ewwel darba taħt il-libertà li jiġu pprovduti servizzi, għandu jikkomunika l-informazzjoni li ġejja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tiegħu:.
(a)
l-isem, l-indirizz u, fejn applikabbli, in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-intermedjarju;
(b)
l-Istat Membru jew l-Istati Membri li fihom l-intermedjarju beħsiebu jopera;
(c)
il-kategorija tal-intermedjarju, u fejn applikabbli, l-isem ta’ kwalunkwe impriża rappreżentata tal-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni;
(d)
il-klassijiet rilevanti tal-assigurazzjoni, jekk applikabbli;
|
|
Artikolu 4 2.
|
L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha, fi żmien xahar minn meta tirċievi l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, tikkomunika dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, li min-naħa tagħha għandha tirrikonoxxi mingħajr dewmien li tkun irċevietha. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tinforma lill-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari bil-miktub, li l-informazzjoni tkun ġiet riċevuta mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti, u li dak l-intermedjarju jista’ jibda n-negozju tiegħu fl-Istat Membru ospitanti. Fejn applikabbli, l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju għandha tikkomunika lill-intermedjarju, fl-istess waqt, il-fatt li l-informazzjoni dwar id-dispożizzjonijiet ġuridiċi msemmija fl-Artikolu 11(1) applikabbli fl-Istat Membru ospitanti hija disponibbli permezz tal-mezzi msemmija fl-Artikolu 11(3) u (4) u wkoll li l-intermedjarju għandu jikkonforma ma’ dawk id-dispożizzjonijiet sabiex ikun jista’ jibda n-negozju tiegħu fl-Istat Membru ospitanti.
|
|
Artikolu 4 3.
|
Fl-eventwalità ta’ bidla fi kwalunkwe dettall partikulari kkomunikat skont il-paragrafu 1, l-intermedjarju tal-assigurazzjoni, tar-riassigurazzjoni jew tal-assigurazzjoni anċillari għandu jinnotifika dik il-bidla lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju tal-anqas xahar qabel ma jimplimenta l-bidla. L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ospitanti għandha wkoll tiġi informata b’dik il-bidla mill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju malli prattikament tkun tista’, u mhux iktar tard minn xahar wara d-data tal-wasla tal-informazzjoni għand l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru tad-domiċilju.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32016L0097
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|