|
+Artikolu 25 1. |
Artikolu 25 1.Impriżi tal-assigurazzjoni, kif ukoll intermedjarji li jipproduċu xi prodott tal-assigurazzjoni għall-bejgħ lill-klijenti, għandhom iżommu, iħaddmu u jeżaminaw mill-ġdid proċess għall-approvazzjoni ta’ kull prodott tal-assigurazzjoni jew adattamenti sinifikanti ta’ prodott tal-assigurazzjoni eżistenti, qabel ma dan jiġi kkummerċjalizzat jew imqassam lill-klijenti. Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jkun proporzjonat u xieraq għan-natura tal-prodott tal-assigurazzjoni. Il-proċess tal-approvazzjoni tal-prodott għandu jispeċifika suq fil-mira identifikat għal kull prodott, jiżgura li r-riskji rilevanti kollha għal tali suq fil-mira identifikat jiġu vvalutati u li l-istrateġija tad-distribuzzjoni intenzjonata tkun konsistenti mas-suq fil-mira identifikat, u li jittieħdu passi raġonevoli biex jiġi żgurat li l-prodott tal-assigurazzjoni jitqassam għas-suq fil-mira identifikat. L-impriża tal-assigurazzjoni għandha tifhem u tirrevedi fuq bażi regolari l-prodotti tal-assigurazzjoni li toffri jew tikkummerċjalizza, filwaqt li tqis kwalunkwe avveniment li jista’ materjalment jaffettwa r-riskju potenzjali għas-suq fil-mira identifikat, biex tal-anqas tivvaluta jekk il-prodott jibqax konsistenti mal-ħtiġijiet tas-suq fil-mira identifikat u jekk l-istrateġija ta’ distribuzzjoni maħsuba għadhiex adegwata. Impriża tal-assigurazzjoni, kif ukoll intermedjarji li jipproduċu prodotti tal-assigurazzjoni, għandhom jagħmlu disponibbli lid-distributuri l-informazzjoni adegwata kollha dwar il-prodott tal-assigurazzjoni u l-proċess ta’ approvazzjoni tal-prodott, inkluż is-suq fil-mira identifikat tal-prodott tal-assigurazzjoni. Meta distributur ta’ assigurazzjoni jagħti parir dwar, jew jirrakkomanda, prodotti tal-assigurazzjoni li ma jipproduċix hu stess, dan għandu jkollu arranġamenti adegwati biex jikseb l-informazzjoni msemmija fil-ħames subparagrafu u biex jifhem il-karatteristiċi u s-suq fil-mira identifikat ta’ kull prodott tal-assigurazzjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|