Artikolu 1
Dan ir-Regolament jintroduċi approċċ regolatorju komuni biex jittejbu l-integrità, it-trasparenza, il-komparabbiltà meta dan ikun possibbli, ir-responsabbiltà, l-affidabbiltà, il-governanza tajba u l-indipendenza tal-attivitajiet ta’ klassifikazzjoni ESG, b’hekk jikkontribwixxi għat-trasparenza u l-kwalità tal-klassifikazzjonijiet ESG u għall-aġenda dwar il-finanzi sostenibbli tal-Unjoni. Huwa għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-funzjonament bla xkiel tas-suq intern, filwaqt li jikseb livell għoli ta’ protezzjoni tal-konsumaturi u tal-investituri u jipprevjeni l-greenwashing utipi oħrajn ta’ miżinformazzjoni, inklużi l-ħasil soċjali, bl-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ trasparenza relatati mal-klassifikazzjonijiet ESG u r-regoli dwar l-organizzazzjoni u l-kondotta tal-fornituri ta’ klassifikazzjonijiet ESG.