+Artikolu 21 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
---+Artikolu 21 1
---+Artikolu 21 2
---+Artikolu 21 3
---+Artikolu 21 4
|
Artikolu 21 Proċedura ta’ salvagwardja tal-Unjoni
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 21 1
|
1. Meta, wara t-tlestija tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 20(3) u (4), jitressqu oġġezzjonijiet kontra miżura meħuda minn Stat Membru, jew meta l-Kummissjoni jkollha evidenza raġonevoli li tissuġġerixxi li miżura nazzjonali tmur kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tikkonsulta mal-Istati Membri u mal-operatur ekonomiku jew mal-operaturi ekonomiċi rilevanti u għandha tevalwa l-miżura nazzjonali. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ dik l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tieħu deċiżjoni dwar jekk il-miżura nazzjonali hijiex ġustifikata jew le.
Il-Kummissjoni għandha tindirizza d-deċiżjoni tagħha lill-Istati Membri kollha u għandha tikkomunikaha minnufih lilhom u lill-operatur ekonomiku jew l-operaturi ekonomiċi rilevanti.
|
|
Artikolu 21 2
|
2. Meta l-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 titqies ġustifikata, l-Istati Membri kollha għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji biex jiżguraw li l-prodott li ma jkunx konformi jiġi rtirat mis-suq tagħhom, u għandhom jinfurmaw b’dan lill-Kummissjoni. Meta l-miżura nazzjonali titqies li ma tkunx ġustifikata, l-Istat Membru kkonċernat għandu jirtira l-miżura.
|
|
Artikolu 21 3
|
3. Meta l-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu titqies ġustifikata u n-nonkonformità tal-prodott tiġi attribwita għal nuqqasijiet fl-istandards armonizzati msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(5), il-Kummissjoni għandha tapplika l-proċedura stipulata fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012.
|
|
Artikolu 21 4
|
4. Meta l-miżura nazzjonali msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu titqies li hija ġustifikata u n-nonkonformità tal-prodott tiġi attribwita għal nuqqasijiet fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 20(5), il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tadotta atti ta’ implimentazzjoni li jemendaw jew iħassru l-ispeċifikazzjoni teknika kkonċernata. Dawk l-att ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 27(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 07.06.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0882
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|