1. Minkejja l-iskadenza stabbilita fl-Artikolu 6(3), it-tieni subparagrafu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-entitajiet kritiċi jwettqu valutazzjoni tar-riskju fi żmien disa' xhur mill-wasla tan-notifika msemmija fl-Artikolu 6(3), kull fejn meħtieġ sussegwentement, u mill-inqas kull erba' snin, abbażi tal-valutazzjonijiet tar-riskju tal-Istat Membru u sorsi rilevanti oħra ta' informazzjoni, sabiex ikunu jistgħu jiġu vvalutati r-riskji kollha rilevanti li jistgħu jfixklu l-forniment tas-servizzi essenzjali tagħhom ("valutazzjoni tar-riskju tal-entita' kritika").