|
+Artikolu 11 1. |
Artikolu 11 1.Assi ta' livell 2 A għandhom jinkludu biss assi li jaqgħu taħt waħda jew aktar mill-kategoriji li ġejjin u f'kull każ jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà stabbiliti hawn:
(a)
l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvernijiet reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku fi Stat Membru, meta l-iskoperturi għalihom ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % skont l-Artikolu 115(1) u (5) u l-Artikolu 116(1), (2) u (3) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikun applikabbli;
(b)
l-assi li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew iggarantiti mill-gvern ċentrali jew mill-bank ċentrali ta' pajjiż terz jew minn gvern reġjonali, awtorità lokali jew entità tas-settur pubbliku f'pajjiż terz, diment li dawn ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % skont l-Artikoli 114(2), 115 jew 116 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif ikun applikabbli;
(c)
l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti ta' kwalità għolja, li għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
ikunu bonds koperti kif imsemmi fl-Artikolu 3, il-punt 1, tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jew jinħarġu qabel it-8 ta’ Lulju 2022 u jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 52(4) tad-Direttiva 2009/65/KE, kif applikabbli fid-data tal-ħruġ tagħhom, li jagħmilhom eliġibbli għal trattament preferenzjali bħala bonds koperti sal-maturità tagħhom;
(ii)
l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fl-aggregazzjoni ta’ kopertura jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 129(1), il-punt (c), u fl-Artikolu 129(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013; ▼M2 —————
(iv)
id-daqs tal-ħruġ tagħhom ikun tal-anqas ta' EUR 250 miljun (jew l-ammont ekwivalenti fil-munita domestika);
(v)
il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 2 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 20 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament;
(vi)
il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 7 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti. Madankollu, meta l-bonds koperti b'valutazzjoni tal-kreditu tal-iskala 1 tal-kwalità kreditizja ma jissodisfawx id-daqs tal-ħruġ minimu għal bonds koperti ta' kwalità għolja ħafna skont il-punt (f)(iv) tal-Artikolu 10(1) iżda jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-bonds koperti ta' kwalità għolja stipulati fil-punti (i), (ii), (iii) u (iv), dawn minflok ikunu soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-kopertura tal-assi ta' 2 %;
(d)
l-iskoperturi fil-forma ta' bonds koperti minn istituzzjonijiet ta' kreditu ta' pajjiżi terzi, li jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
ikunu bonds koperti skont il-liġi nazzjonali tal-pajjiż terz li għandha tiddefinixxihom bħala titoli tad-dejn maħruġin mill-istituzzjonijiet ta' kreditu, jew minn sussidjarja akkwiżita totalment minn istituzzjoni ta' kreditu li tiggarantixxi l-ħruġ, u ggarantiti minn pula ta' kopertura ta' assi, li fir-rigward tagħha d-detenturi tal-bonds ikollhom rikors dirett għar-ripagament ta' prinċipal u mgħax fuq bażi ta' prijorità f'każ ta' inadempjenza tal-emittent;
(ii)
l-emittent u l-bonds koperti huma soġġetti mil-liġi nazzjonali fil-pajjiż terz għal superviżjoni pubblika speċjali maħsuba biex tipproteġi lid-detenturi tal-bonds u l-arranġamenti superviżorji u regolatorji applikati fil-pajjiż terz iridu jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni;
(iii)
il-bonds koperti huma appoġġati minn aggregazzjoni ta’ assi ta’ tip wieħed jew aktar deskritti fl-Artikolu 129(1), il-punti (b), (d), (f) u (g), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-aggregazzjoni tinkludi self iggarantit minn proprjetà immobbli, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6(2), l-Artikolu 6(3), il-punt (a), u fl-Artikolu 6(5) tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jridu jiġu ssodisfati;
(iv)
l-iskoperturi għall-istituzzjonijiet fl-aggregazzjoni ta’ kopertura jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 129(1), il-punt (c), u fl-Artikolu 129(1a) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013;
(v)
l-istituzzjoni ta’ kreditu li tinvesti fil-bonds koperti u l-emittent jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza stipulati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva (UE) 2019/2162;
(vi)
il-bonds koperti jkunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja f'konformità mal-Artikolu 129(4) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-iskala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir jew, fin-nuqqas ta' klassifiakzzjoni tal-kreditu, ikunu assenjati piż tar-riskju ta' 10 % f'konformità mal-Artikolu 129(5) ta' dan ir-Regolament; u
(vii)
il-pula ta' kopertura tissodisfa f'kull ħin rekwiżit ta' kopertura tal-assi tal-anqas ta' 7 % aktar mill-ammont meħtieġ biex jiġu ssodisfati l-pretensjonijiet marbutin mal-bonds koperti. Madankollu, meta d-daqs tal-ħruġ ta' bonds koperti huwa ta' EUR 500 miljun (jew l-ammont ekwivalenti f'munita domestika) jew ogħla, dawn minflok ikunu soġġetti għar-rekwiżit minimu għall-kopertura tal-assi ta' 2 %;
(e)
titoli ta' dejn korporattiv li jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(i)
ikunu assenjati valutazzjoni tal-kreditu minn ECAI nominata li tal-inqas ikollha l-iskala 1 tal-kwalità kreditizja skont l-Artikolu 122 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skala tal-kwalità kreditizja ekwivalenti f'każ ta' valutazzjoni tal-kreditu ta' terminu qasir;
(ii)
id-daqs ta' ħruġ tat-titoli huwa ta' mill-inqas EUR 250 miljun (jew l-ekwivalenti fil-munita domestika);
(iii)
iż-żmien massimu għall-maturità tat-titoli fil-ħin tal-ħruġ ikun ta' 10 snin; 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|