|
+Artikolu 12 3. |
Artikolu 12 3.Għall-istituzzjonijiet ta' kreditu li skont l-istatuti tal-inkorporazzjoni tagħhom ma jistax għal raġunijiet ta' osservanza reliġjuża ikollhom assi li jagħtu imgħax, l-awtorità kompetenti tista' tippermetti li ssir deroga mill-punti (ii) u (iii) tal-paragrafu 1(b) ta' dan l-Artikolu, dejjem jekk ikun hemm evidenza ta' nuqqas ta' disponibbiltà ta' assi li ma jagħtux imgħax li jissodisfaw dawn ir-rekwiżiti u li l-assi li ma jagħtux imgħax inkwistjoni huma biżżejjed likwidi fis-swieq privati. Sabiex jiġi ddeterminat jekk l-assi li ma jħallux imgħax humiex biżżejjed likwidi għall-għanijiet tal-ewwel subparagrafu, l-awtorità kompetenti tikkunsidra l-fatturi li ġejjin:
(a)
id-dejta disponibbli rigward il-likwidità tagħhom fis-suq, inklużi l-volumi ta' negozjar, il-firxiet bejn it-talba u l-offerta osservati, il-volatilità tal-prezzijiet u l-impatt tal-prezzijiet; u
(b)
fatturi oħrajn rilevanti għal-likwidità tagħhom, inkluża informazzjoni storika dwar il-wisa' u l-profondità tas-suq għal dawk l-assi li ma jagħtux imgħax, l-għadd u d-diversità tal-parteċipanti fis-suq u l-preżenza ta' infrastruttura tas-suq robusta. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|