+Artikolu 30 Flussi ta' ħruġ addizzjonali
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.
---+Artikolu 30 5.
---+Artikolu 30 6.
---+Artikolu 30 7.
---+Artikolu 30 8.
---+Artikolu 30 9.
---+Artikolu 30 10.
---+Artikolu 30 12.

Artikolu 30 Flussi ta' ħruġ addizzjonali

Flussi ta' ħruġ addizzjonali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Il-kollateral, għajr flus kontanti u assi msemmija fl-Artikolu 10, li jkun ddepożitat mill-istituzzjoni ta' kreditu għal kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivati ta' kreditu, jkunu soġġetti għall-fluss ta' ħruġ addizzjonali ta' 20 %.

Il-kollateral f'assi msemmija fl-Artikolu 10(1)(f) li huwa depożitat mill-istituzzjoni ta' kreditu għal kuntratti elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u d-derivati ta' kreditu, jkunu soġġetti għall-fluss ta' ħruġ addizzjonali ta' 10 %.

Artikolu 30 2.
L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tikkalkula u tinnotifika lill-awtorità kompetenti bi fluss ta' ħruġ addizzjonali għall-kuntratti kollha konklużi, li l-kundizzjonijiet kuntrattwali tagħhom iwasslu, fi żmien 30 jum kalendarju, u wara deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu, għal flussi ta' ħruġ ta' likwidità addizzjonali jew għal ħtiġijiet ta' kollateral. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tinnotifika lill-awtorità kompetenti b'dak il-fluss ta' ħruġ sa mhux aktar tard mill-preżentazzjoni tar-rapportar f'konformità mal-Artikolu 415 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-awtorità kompetenti tqis dak il-fluss ta' ħruġ bħala materjali fir-rigward tal-flussi ta' ħruġ ta' likwidità potenzjali tal-istituzzjoni ta' kreditu, hija għandha titlob lill-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali għal dawk il-kuntratti li jikkorrispondu għall-ħtiġijiet ta' kollateral jew il-flussi ta' ħruġ ta' flus addizzjonali li jirriżultaw minn deterjorament materjali fil-kwalità kreditizja tal-istituzzjoni ta' kreditu li tikkorrispondi għal tnaqqis fil-grad fil-klassifikazzjoni tal-kreditu esterna tagħha b'mill-inqas tliet gradi. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tapplika rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal dawk il-flussi ta' ħruġ ta' flus jew kollateral addizzjonali. L-istituzzjoni ta' kreditu għandha tagħmel rieżami regolari tal-firxa ta' dan id-deterjorament materjali fid-dawl ta' dak li huwa rilevanti skont il-kuntratti li tkun daħlet għalihom u għandha tinnotifika r-riżultat tar-rieżami tagħha lill-awtorità kompetenti.
Artikolu 30 3.
L-istituzzjoni ta' kreditu għandha żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jkun jikkorrispondi għall-ħtiġijiet ta' kollateral li jirriżultaw mill-impatt ta' xenarju negattiv tas-suq fuq it-tranżazzjonijiet derivattivi tal-istituzzjoni ta' kreditu, jekk ikunu materjali. Dan il-kalkolu għandu jsir f'konformità mar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2017/208 ( 11 ).
Artikolu 30 4.
Il-flussi ta' ħruġ u ta' dħul li jkunu mistennija fuq perjodu ta' 30 jum kalendarju mill-kuntratti elenkati fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u minn derivattivi ta' kreditu għandhom jitqiesu fuq bażi netta f'konformità mal-Artikolu 21 ta' dan ir-Regolament. Fil-każ ta' fluss ta' ħruġ nett, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha timmultiplika r-riżultat b'rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 100 %. L-istituzzjonijiet ta' kreditu għandhom jeskludu minn tali kalkoli dawk ir-rekwiżiti ta' likwidità li jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafi 1, 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.
Artikolu 30 5.
Fejn l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha pożizzjoni qasira li tkun koperta minn teħid b'self ta' titolu mhux garantit, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jkun jikkorrispondi għal 100 % tal-valur tas-suq tat-titoli jew ta' assi oħrajn mibjugħa bin-nieqes, sakemm it-termini li fuqhom ikunu meħuda b'self mill-istituzzjoni ta' kreditu ma jkunux jirrikjedu r-ritorn tagħhom biss wara 30 jum kalendarju. Meta l-pożizzjoni qasira tkun koperta minn tranżazzjoni ta' finanzjament ta' titoli kollateralizzati, l-istituzzjoni ta' kreditu għandha tassumi li l-pożizzjoni qasira se tinżamm matul il-perjodu ta' 30 jum kalendarju u tirċievi fluss ta' ħruġ ta' 0 %.
Artikolu 30 6.

L-istituzzjoni ta' kreditu żżid fluss ta' ħruġ addizzjonali li jikkorrispondi għal 100 %:

(a) 

tal-kollateral eċċessiv li l-istituzzjoni ta' kreditu jkollha, li jista' jissejjaħ kuntrattwalment fi kwalunkwe ħin mill-kontroparti;

(b) 

ta' kollateral li hu dovut li jrid jingħata lil kontroparti fi żmien 30 jum tal-kalendarju;

(c) 

tal-kollateral li jikkorrispondi għal assi li jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tat-Titolu II li jistgħu jiġu sostitwiti għall-assi li jikkorrispondu għal assi li ma jkunux jikkwalifikaw bħala assi likwidi għall-finijiet tat-Titolu II mingħajr il-kunsens tal-istituzzjoni ta' kreditu.

Artikolu 30 7.
Id-depożiti riċevuti bħala kollateral ma għandhomx jitqiesu bħala obbligazzjonijiet għall-finijiet tal-Artikolu 24, 25, 27, 28 jew 31a, iżda għandhom ikunu soġġetti għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 1 sa 6 ta' dan l-Artikolu, fejn applikabbli. L-ammont ta' flus riċevut li jaqbeż l-ammont ta' flus riċevut bħala kollateral għandu jiġi ttrattat bħala depożiti f'konformità mal-Artikolu 24, 25, 27, 28 jew 31a.
Artikolu 30 8.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jassumu l-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal telf ta' finanzjament minn titoli garantiti b'assi, bonds koperti u strumenti oħrajn ta' finanzjament strutturati li jimmaturaw fi żmien 30 jum tal-kalendarju, meta dawn l-istrumenti jinħarġu mill-istituzzjoni ta' kreditu nnifisha jew minn strutturi jew SPVs sponsorjati minn istituzzjoni ta' kreditu.
Artikolu 30 9.
L-istituzzjonijiet ta' kreditu jassumu l-fluss ta' ħruġ ta' 100 % għal telf ta' finanzjament fuq karti kummerċjali, veikoli, veikoli ta' investiment tat-titoli garantiti b'assi u faċilitajiet oħrajn ta' finanzjament bħal dawn. Din ir-rata tal-fluss ta' ħruġ ta' 100 % tapplika għall-ammont maturat jew għall-ammont ta' assi li potenzjalment jistgħu jiġu rritornati jew għal-likwidità meħtieġa.
Artikolu 30 10.
Għal dak il-porzjon ta' programmi ta' finanzjament taħt il-paragrafi 8 u 9, l-istituzzjonijiet ta' kreditu li huma fornituri ta' faċilitajiet ta' likwidità assoċjati m'għandhomx bżonn li jgħoddu darbtejn l-istrument ta' finanzjament maturat u l-faċilità ta' likwidità għall-programmi konsolidati.
Artikolu 30 12.
Fir-rigward tal-provvista ta' servizzi ta' senserija primarja, meta istituzzjoni ta' kreditu tkun kopriet bejgħ qasir ta' klijent billi jaqbluhom internament mal-assi ta' klijent ieħor u l-assi ma jikkwalifikawx bħala assi likwidi, dawk it-tranżazzjonijiet għandhom ikunu soġġetti għal rata ta' fluss ta' ħruġ ta' 50 % għall-obbligu kontinġenti.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.