+Artikolu 35 Il-klawżola ta' anterjorità għall-assi bankarji ggarantiti minn Stat Membru
---+Artikolu 35 1.
---+Artikolu 35 2.
---+Artikolu 35 3.
---+Artikolu 35 4.
---+Artikolu 35 5.

Artikolu 35 Il-klawżola ta' anterjorità għall-assi bankarji ggarantiti minn Stat Membru

Il-klawżola ta' anterjorità għall-assi bankarji ggarantiti minn Stat Membru

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 35 1.

Assi maħruġin minn istituzzjonijiet ta' kreditu li jibbenefikaw minn garanzija mill-gvern ċentrali ta' Stat Membru jikkwalifikaw biss bħala assi ta' livell 1 meta l-garanzija:

(a) 

tkun ingħatat jew ġiet impenjata għal ammont massimu qabel it-30 ta' Ġunju 2014;

(b) 

hija garanzija diretta, espliċita, irrevokabbli u inkundizzjonata u tkopri n-nuqqas ta' ħlas tal-kapital u tal-imgħax meta dovuti.

Artikolu 35 2.
Meta l-garanti jkun gvern reġjonali jew awtorità lokali fi Stat Membru, l-assi garantit jikkwalifika bħala ta' livell 1 biss meta l-iskoperturi għal tali gvern reġjonali jew awtorità lokali jkunu ttrattati bħala skoperturi għall-gvern ċentrali tagħhom skont l-Artikolu 115(2) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u l-garanzija tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1.
Artikolu 35 3.
L-assi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jibqgħu jikkwalifikaw bħala assi ta' livell 1 sakemm il-garanzija tibqa' fis-seħħ b'rabta mal-emittent rilevanti jew l-assi tiegħu, kif applikabbli, kif emendata jew mibdula minn żmien għal żmien. Meta l-ammont ta' garanzija favur emittent jew l-assi tiegħu jiżdied fi kwalunkwe ħin wara t-30 ta' Ġunju 2014, l-assi jkunu jikkwalifikaw biss bħala assi likwidi sal-ammont massimu tal-garanzija li kien impenjat qabel din id-data.
Artikolu 35 4.
L-assi imsemmija f'dan l-Artikolu jkunu soġġetti għall-istess rekwiżiti applikabbli skont dan ir-Regolament għall-assi ta' livell 1 li jirrappreżentaw pretensjonijiet fuq jew ikunu garantiti mill-gvernijiet ċentrali jew reġjonali, l-awtoritajiet lokali jew l-entitajiet tas-settur pubbliku msemmija fl-Artikolu 10(1)(c).
Artikolu 35 5.
Meta istituzzjoni ta' kreditu jew l-assi tagħha jibbenefikaw minn skema ta' garanzija, l-iskema bħala ħaġa waħda titqies bħala garanzija għall-finijiet ta' dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 08.07.2022 00:00:00 -Doknr: CELEX:32015R0061
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.