4. Meta tistabbilixxi l-limitu minimu ta' materjalità f'konformità ma' dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tassumi li l-obbligant ikun inadempjenti meta kemm il-limitu espress bħala element assolut tal-limitu minimu ta' materjalità u l-limitu espress bħala komponent relattiv ta' dan il-limitu minimu jinqabeż jew għal 90 jum konsekuttiv jew għal 180 jum konsekuttiv, fejn skoperturi inklużi fil-kalkolu ta' obbligu ta' kreditu preċedenti huma skoperturi għal entità fis-settur pubbliku u d-90 jum ġew sostitwiti b'180 jum skont l-Artikolu 178(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 għal dawk l-iskoperturi.