+Artikolu 13 Dritt ta’ rtirar
---+Artikolu 13 1.
---+Artikolu 13 2.
---+Artikolu 13 3.
---+Artikolu 13 4.
---+Artikolu 13 5.
|
Artikolu 13 Dritt ta’ rtirar
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1.
|
Id-detenturi fil-livell tal-konsumatur li jixtru kriptoassi għajr token irreferenzjat ma’ assi jew token tal-flus elettroniċi kemm direttament mingħand offerent jew mingħand fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħed kriptoassi f’isem dak l-offerent għandu jkollhom dritt ta’ rtirar. Id-detenturi fil-livell tal-konsumatur għandu jkollhom perjodu ta’ 14-il jum kalendarju li fih jistgħu jirtiraw mill-ftehim tagħhom li jixtru kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi u tokens tal-flus elettroniċi mingħajr ma jġarrbu xi tariffa jew spejjeż u mingħajr ma jkunu mitluba jagħtu raġunijiet. Il-perjodu tal-irtirar għandu jibda mid-data tal-ftehim tad-detentur fil-livell tal-konsumatur li jixtri dawk il-kriptoassi.
|
|
Artikolu 13 2.
|
Il-pagamenti kollha riċevuti mingħand detentur fil-livell tal-konsumatur, inkluż, jekk applikabbli, kwalunkwe imposta, għandhom jiġu rimborżati mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 14-il jum mid-data li fiha l-offerent jew il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li jqiegħed l-kriptoassi f’isem dak l-offerent jiġi informat bid-deċiżjoni tad-detentur fil-livell tal-konsumatur li jirtira mill-ftehim ta’ xiri ta’ dawk il-kriptoassi. Tali rimborż għandu jsir billi jintużaw l-istess mezzi ta’ pagament bħal dawk użati mid-detentur fil-livell tal-konsumatur għat-tranżazzjoni tal-bidu, sakemm id-detentur fil-livell tal-konsumatur ma jkunx espressament qabel mod ieħor u sakemm id-detentur fil-livell tal-konsumatur ma jġarrab l-ebda tariff jew spejjeż bħala riżultat ta’ tali rimborż.
|
|
Artikolu 13 3.
|
L-offerenti ta’ kriptoassi għandhom jipprovdu informazzjoni dwar id-dritt ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 fil-white paper tagħhom dwar il-kriptoassi.
|
|
Artikolu 13 4.
|
Id-dritt ta’ rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-kriptoassi jkunu ġew ammessi għan-negozjar qabel ix-xiri tagħhom mid-detentur fil-livell tal-konsumatur.
|
|
Artikolu 13 5.
|
Meta offerenti jkunu stabbilixxew limitu ta’ żmien fuq l-offerta tagħhom lill-pubbliku ta’ tali kriptoassi skont l-Artikolu 10, id-dritt ta’ rtirar ma għandux jiġi eżerċitat wara t-tmiem tal-perjodu ta’ abbonament.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|