|
+Artikolu 14 1. |
Artikolu 14 1.L-offerenti u l-persuni li jkunu qed ifittxu l-ammissjoni għan-negozjar ta’ kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, għandhom:
(a)
jaġixxu b’mod onest, ġust u professjonali;
(b)
jikkomunikaw mad-detenturi u d-detenturi prospettivi ta’ kriptoassi b’mod ġust, ċar u mhux qarrieqi;
(c)
jidentifikaw, jipprevjenu, jimmaniġġjaw u jiżvelaw kwalunkwe kunflitt ta’ interess li jista’ jinqala’;
(d)
iżommu s-sistemi u l-protokolli ta’ aċċess għas-sigurtà kollha tagħhom f’konformità mal-istandards xierqa tal-Unjoni. Għall-finijiet tal-punt (d) tal-ewwel subparagrafu, l-ESMA, b’kooperazzjoni mal-EBA, għandha sat-30 ta’ Diċembru 2024 toħroġ linji gwida skont l-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 sabiex tispeċifika dawk l-istandards tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|