+Artikolu 15 Responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
---+Artikolu 15 6.
|
Artikolu 15 Responsabbiltà għall-informazzjoni mogħtija f’white paper dwar il-kriptoassi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Meta offerent, persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar, ikunu kisru l-Artikolu 6 billi jipprovdu fil-white paper dwar il-kriptoassi tagħhom jew f’white paper dwar il-kriptoassi modifikata informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta jew ċara jew li tkun qarrieqa, dak l-offerent, dik il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar jew dak l-operatur ta’ pjattaforma ta’ negozjar u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tagħhom għandhom ikunu responsabbli fir-rigward tad-detentur tal-kriptoassi għal kwalunkwe telf imġarrab minħabba dak il-ksur.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Kwalunkwe esklużjoni jew limitazzjoni kuntrattwali tar-responsabbiltà ċivili kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun imċaħħda minn effett legali.
|
|
Artikolu 15 3.
|
Meta l-white paper dwar il-kriptoassi u l-komunikazzjonijiet ta’ kummerċjalizzazzjoni jitħejjew mill-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar f’konformità mal-Artikolu 5(3), il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar għandha tkun responsabbli wkoll meta tipprovdi informazzjoni li ma tkunx kompluta, ġusta jew ċara, jew li tkun qarrieqa għall-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar.
|
|
Artikolu 15 4.
|
Għandha tkun ir-responsabbiltà tad-detentur ta’ kriptoassi li jippreżenta evidenza li tindika li l-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi għajr tokens irreferenzjati ma’ assi jew tokens tal-flus elettroniċi, ikunu kisru l-Artikolu 6 billi provdew informazzjoni li ma kinitx kompluta, ġusta jew ċara, jew li kienet qarrieqa u li dipendenza fuq tali informazzjoni kellha impatt fuq id-deċiżjoni tad-detentur li jixtri, ibigħ jew jiskambja dawk il-kriptoassi.
|
|
Artikolu 15 5.
|
L-offerent, il-persuna li tkun qed tfittex l-ammissjoni għan-negozjar, jew l-operatur tal-pjattaforma ta’ negozjar u l-membri tal-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju tiegħu ma għandhomx ikunu responsabbli lejn id-detentur ta’ kriptoassi għat-telf imġarrab minħabba d-dipendenza fuq l-informazzjoni pprovduta f’sommarju kif imsemmi fl-Artikolu 6(7), inkluża kwalunkwe traduzzjoni tagħha, ħlief meta s-sommarju:
(a)
ikun qarrieqi, impreċiż jew inkonsistenti meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi; jew
(b)
ma jkunx jipprovdi, meta jinqara flimkien mal-partijiet l-oħra tal-white paper dwar il-kriptoassi, informazzjoni ta’ importanza ewlenija sabiex jgħin lil detenturi prospettivi tal-kriptoassi meta jkunu qed jikkunsidraw jekk jixtrux tali kriptoassi.
|
|
Artikolu 15 6.
|
Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe responsabbiltà ċivili oħra skont il-liġi nazzjonali.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|