+Artikolu 44 Klassifikazzjoni volontarja ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti
---+Artikolu 44 1.
---+Artikolu 44 2.
---+Artikolu 44 3.
---+Artikolu 44 4.

Artikolu 44 Klassifikazzjoni volontarja ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 44 1.
L-emittenti li japplikaw ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi jistgħu jindikaw fl-applikazzjoni tagħhom għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 18, jew fin-notifika tagħhom skont l-Artikolu 17, li jixtiequ li t-tokens irreferenzjati ma’ assi tagħhom jiġu kklassifikati bħala tokens irreferenzjati ma’ assi sinifikanti. F’dak il-każ, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih tali talba mill-emittent li japplika lill-EBA, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 43(4), lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

Sabiex token irreferenzjat ma’ assi jiġu kklassifikati bħala sinifikanti skont dan l-Artikolu, l-emittent li japplika tat-token irreferenzjat ma’ assi għandu juri, permezz ta’ programm iddettaljat ta’ operazzjonijiet imsemmi fl-Artikolu 17(1), il-punt (b)(i), u l-Artikolu 18(2), il-punt (d), li x’aktarx jissodisfa tal-anqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1).

Artikolu 44 2.
L-EBA għandha, fi żmien 20 jum tax-xogħol tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, tħejji abbozz ta’ deċiżjoni li jkun fih l-opinjoni tagħha abbażi tal-programm ta’ operazzjonijiet jekk it-token irreferenzjat ma’ assi jissodisfax, jew x’aktarx jissodisfa tal-inqas tlieta mill-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 43(1) u tinnotifika dak l-abbozz ta’ deċiżjoni lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru domiċiljari tal-emittent li japplika, lill-BĊE u, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 43(4), it-tieni subparagrafu, lill-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat.

L-awtoritajiet kompetenti tal-emittenti ta’ tali tokens irreferenzjati ma’ assi, l-BĊE u, fejn applikabbli, il-bank ċentrali tal-Istat Membru kkonċernat, għandhom 20 jum tax-xogħol mid-data tan-notifika ta’ dak l-abbozz ta’ deċiżjoni biex jipprovdu osservazzjonijiet u kummenti bil-miktub. L-EBA għandha tikkunsidra debitament dawk l-osservazzjonijiet u l-kummenti qabel ma tadotta deċiżjoni finali.

Artikolu 44 3.
L-EBA għandha tieħu d-deċiżjoni finali tagħha dwar jekk tikklassifikax token irreferenzjat ma’ assi bħala token irreferenzjat ma’ assi sinifikanti fi żmien 60 jum tax-xogħol min-notifika msemmija fil-paragrafu 1 u tinnotifika minnufih dik id-deċiżjoni lill-emittent li japplika ta’ tali token irreferenzjat ma’ assi u lill-awtorità kompetenti tiegħu.
Artikolu 44 4.
Meta t-tokens irreferenzjati ma’ assi jkunu ġew ikklassifikati bħala sinifikanti skont deċiżjoni tal-EBA meħuda f’konformità mal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-responsabbiltajiet superviżorji fir-rigward tal-emittenti ta’ dawk it-tokens irreferenzjati ma’ assi għandhom jiġu ttrasferiti mill-awtorità kompetenti lill-EBA fid-data tad-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 21(1) jew fid-data tal-approvazzjoni tal-white paper dwar il-kriptoassi skont l-Artikolu 17.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.