+Artikolu 58 Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi
---+Artikolu 58 1.
---+Artikolu 58 2.
---+Artikolu 58 3.
|
Artikolu 58 Obbligi addizzjonali speċifiċi għall-emittenti tat-tokens tal-flus elettroniċi
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 58 1.
|
L-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi sinifikanti għandhom ikunu soġġetti:
(a)
għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikoli 36, 37, 38 u l-Artikolu 45(1) sa (4) ta’ dan ir-Regolament, minflok l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2009/110/KE;
(b)
għar-rekwiżiti msemmija fl-Artikolu 35(2), (3) u (5) u l-Artikolu 45(5) ta’ dan ir-Regolament, minflok l-Artikolu 5 tad-Direttiva 2009/110/KE.
B’deroga mill-Artikolu 36(9), l-awditu indipendenti għandu, fir-rigward ta’ emittenti ta’ tokens ta’ flus elettroniċi sinifikanti, tingħata mandat kull sitt xhur mid-data tad-deċiżjoni li t-tokens ta’ flus elettroniċi jiġu kklassifikati bħala sinifikanti skont l-Artikolu 56 jew 57, kif applikabbli.
|
|
Artikolu 58 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri domiċiljari jistgħu jirrikjedu li l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi li joħorġu tokens tal-flus elettroniċi li ma jkunux sinifikanti jikkonformaw ma’ kwalunkwe rekwiżit imsemmi fil-paragrafu 1 meta meħtieġ biex jindirizzaw ir-riskji li dawk id-dispożizzjonijiet ikollhom l-għan li jindirizzaw, pereżempju riskji ta’ likwidità, riskji operazzjonali, jew riskji li jirriżultaw minn nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti għall-immaniġġjar tar-riżerva ta’ assi.
|
|
Artikolu 58 3.
|
L-Artikoli 22, 23 u 24(3) għandhom japplikaw għal tokens tal-flus elettroniċi denominati f’munita li ma tkunx munita uffiċjali ta’ Stat Membru.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|