+Artikolu 62 2.

Artikolu 62 2.

L-applikazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a) 

l-isem, inklużi l-isem ġuridiku u kwalunkwe isem kummerċjali ieħor li jintuża, l-identifikatur ta’ entità ġuridika tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, is-sit web operat minn dak il-fornitur, indirizz tal-email ta’ kuntatt, numru tat-telefown ta’ kuntatt u l-indirizz fiżiku tiegħu;

(b) 

il-forma ġuridika tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika;

(c) 

l-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika, meta applikabbli;

(d) 

programm tal-operazzjonijiet, li jistabbilixxi t-tipi ta’ servizzi tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jipprovdi, inkluż fejn u kif dawk is-servizzi għandhom jiġu kkummerċjalizzati;

(e) 

prova li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jissodisfa r-rekwiżiti għas-salvagwardji prudenzjali stabbiliti fl-Artikolu 67;

(f) 

deskrizzjoni tal-arranġamenti ta’ governanza tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika;

(g) 

prova li l-membri tal-korp maniġerjali tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika huma ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u għandhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza xierqa biex jimmaniġġjaw dak il-fornitur;

(h) 

l-identità ta’ kwalunkwe azzjonist u membru, kemm dirett kif ukoll indirett, li jkollu parteċipazzjonijiet kwalifikanti fil-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika u l-ammonti ta’ dawk il-parteċipazzjonijiet, kif ukoll prova li dawk il-persuni jkunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed;

(i) 

deskrizzjoni tal-mekkaniżmi ta’ kontroll intern, tal-politiki u tal-proċeduri tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika biex jidentifika, jivvaluta u jimmaniġġja r-riskji, inklużi r-riskji ta’ ħasil tal-flus u finanzjament tat-terroriżmu, u pjan tal-kontinwità tal-operat;

(j) 

id-dokumentazzjoni teknika tas-sistemi tal-ICT u l-arranġamenti tas-sigurtà, u deskrizzjoni tagħhom b’lingwaġġ mhux tekniku;

(k) 

deskrizzjoni tal-proċedura għas-segregazzjoni tal-kriptoassi u tal-fondi tal-klijenti;

(l) 

deskrizzjoni tal-proċeduri ta’ trattament tal-ilmenti tal-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika;

(m) 

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jforni l-kustodja u l-amministrazzjoni ta’ kriptoassi f’isem il-klijenti, deskrizzjoni tal-politika ta’ kustodja u ta’ amministrazzjoni;

(n) 

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jopera pjattaforma ta’ negozjar għall-kriptoassi, deskrizzjoni tar-regoli operazzjonali tal-pjattaforma ta’ negozjar u tal-proċedura u s-sistema biex jiġi individwat l-abbuż tas-suq;

(o) 

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jiskambja l-kriptoassi ma’ fondi jew kriptoassi oħrajn, deskrizzjoni tal-politika kummerċjali, li ma għandhiex tkun diskriminatorja, li tirregola r-relazzjoni mal-klijenti kif ukoll deskrizzjoni tal-metodoloġija għad-determinazzjoni tal-prezz tal-kriptoassi li l-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jipproponi għal skambju ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn;

(p) 

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jeżegwixxi ordnijiet għal kriptoassi f’isem il-klijenti, deskrizzjoni tal-politika ta’ eżekuzzjoni;

(q) 

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jforni pariri dwar il-kriptoassi jew immaniġġjar ta’ portafolli tal-kriptoassi, prova li l-persuni fiżiċi li jagħtu parir f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jew li jimmaniġġjaw il-portafolli f’isem il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkollhom l-għarfien u l-għarfien espert meħtieġa sabiex jissodisfaw l-obbligi tagħhom;

(r) 

fejn il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi li japplika jkun biħsiebu jipprovdi servizzi ta’ trasferiment għall-kriptoassi f’isem il-klijenti, informazzjoni dwar il-mod li bih se jiġu pprovduti tali servizzi ta’ trasferiment;

(s) 

it-tip ta’ kriptoassi li miegħu se jkun relatat is-servizz tal-kriptoassi.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.