+Artikolu 77 L-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn
---+Artikolu 77 1.
---+Artikolu 77 2.
---+Artikolu 77 3.
---+Artikolu 77 4.

Artikolu 77 L-iskambju ta’ kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 77 1.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jistabbilixxu politika kummerċjali mhux diskriminatorja li tindika, b’mod partikolari, it-tip ta’ klijenti li jaqblu li jagħmlu tranżazzjonijiet magħhom u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu ssodisfati minn tali klijenti.
Artikolu 77 2.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jippubblikaw prezz kostanti tal-kriptoassi jew metodu għad-determinazzjoni tal-prezz tal-kriptoassi li jipproponu għall-iskambju ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn, u kwalunkwe limitu applikabbli ddeterminat minn dak il-fornitur ta’ servizzi tal-kriptoassi fuq l-ammont li se jiġi skambjat.
Artikolu 77 3.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jeżegwixxu l-ordnijiet tal-klijenti bil-prezzijiet murija fil-ħin meta l-ordni għall-iskambju tkun finali. Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi għandhom jinformaw lill-klijenti tagħhom bil-kundizzjonijiet sabiex l-ordni tagħhom titqies bħala finali.
Artikolu 77 4.
Il-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi li jiskambjaw kriptoassi ma’ fondi jew ma’ kriptoassi oħrajn għandhom jippubblikaw informazzjoni dwar it-tranżazzjonijiet konklużi minnhom, bħall-volumi u l-prezzijiet tat-tranżazzjonijiet.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.01.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1114
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.